Home Net News Sitt plejers mill-Kampjonat Premier se jitilfu l-aħħar logħba

Sitt plejers mill-Kampjonat Premier se jitilfu l-aħħar logħba

7
0
SHARE
Advertisement

Sitt plejers se jitilfu l-aħħar logħba tal-Kampjonat Premier wara li ġew sospiżi mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA. Il-plejers huma Cain Attard ta’ Birkirkara, Zachary Scerri ta’ Gżira United, Nemanja Radojevic ta’ Hibernians, Romeu Romao ta’ Qormi kif ukoll Younes Marzouk u Frank Temile ta’ Sliema Wanderers.

Attard se jitlef il-logħba ta’ Birkirkara kontra Senglea
Athletic, Zachary Scerri mhux se jilgħab fil-logħba ta’ Gżira kontra St.
Andrews u Romao se jitlef il-konfront ta’ Qormi kontra Mosta. Iż-żewġ plejers ta’
Sliema mhux se jilagħbu kontra Pietà Hotspurs u Radojevic se jitlef il-logħba
ta’ Hibernians kontra Balzan.

Jake Lovegrove u Ryan Gafà ta’ Marsa, Mead Mifsud, Steve
Meilak u Jurgen Debono ta’ Naxxar Lions huma l-ħames plejers sospiżi logħba
mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.

Ħdax-il plejer mit-Tieni Diviżjoni ġew sospiżi logħba. Dawn
huma Rene Duca ta’ Birżebbuġa St. Peter’s, Marko Nikolic ta’ Fgura United,
Nathan Caruana, Trevor Cilia u Ryan Schembri ta’ Luqa St. Andrews, Philip
Chircop ta’ Marsaxlokk, Edward Falzon u Ryan Bezzina ta’ Santa Venera
Lightnings u Andrew Formosa, Richard Galea u Shawn Cesare ta’ Żabbar St.
Patrick. William Camilleri ta’ Santa Venera ġie sospiż żewġ logħbiet.

The post Sitt plejers mill-Kampjonat Premier se jitilfu l-aħħar logħba appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here