Home One News LifeCycle-R.U.S.H. tippreżenta taħdita dwar id-Dijabete Tip 2 mill-Prof Roy Taylor

LifeCycle-R.U.S.H. tippreżenta taħdita dwar id-Dijabete Tip 2 mill-Prof Roy Taylor

5
0
SHARE
Advertisement

Ir-riċerkatur tal-Università ta’ Newcastle, il-Professur Roy Taylor, se jkun qed jippreżenta taħdita informattiva dwar “Putting Type 2 Diabetes into Remission” fil-Hilltop Gardens, in-Naxxar. Qabel ma laħaq Professur tal-Mediċina u l-Metaboliżmu fl-Università ta’ Newcastle u Konsulent Onorarju ta’ Newcastle Hospitals NHS Trust, Roy Taylor ikkwalifika fil-mediċina mill-Università ta’ Edinburgh.

Bħala parti mill-impenn tagħha biex tgħin pazjenti li jbatu minn problemi tal-kliewi, u persuni li huma f’riskju ta’ dan, LifeCycle-R.U.S.H. (Renal Unit Support Support Hub) se torganizza taħdidiet dwar stil ta’ ħajja b’saħħitha. Id-dijabete tista’ twassal għall-mard tal-kliewi. L-għajnuna lill-persuni bid-dijabete biex jikkontrollaw jew saħansitra jwaqqfu d-dijabete tat-tip 2 tgħin lid-dijabetiċi biex jipprevenu l-problemi fil-kliewi.

 Id-dħul għat-taħditiet hu b’donazzjoni ta’ €50 kull persuna u €75 għall-koppja anzjana. Id-dħul kollu se jmur għall-isfida Nescafé 3in1 LifeCycle 2019.

 Prof Roy Taylor ilu jagħmel riċerka dwar id-dijabete tat-tip 2 sa mill-1978, u uża diversi metodi biex jifhem sew din il-kundizzjoni. Hu studja t-tessut xaħmi tal-bniedem, il-fibroblasts, il-muskoli, il-fwied, kif ukoll il-ġisem uman kollu. Bejn l-1990 u l-1991, ħadem mal-Professur Gerald Shulman  mill-Università ta’ Yale, u dan serva biex ħejja l-bażi għar-riċerka ta’ wara. Fl-2006, Taylor waqqaf in-Newcastle Magnetic Resonance Centre u ffoka fuq l-iżvilupp ta’ tekniki biex jispjega kif il-ġisem jimmaniġġja l-ikel kemm għas-saħħa, kif ukoll fil-mard.

Dan l-aħħar, hu wera kif id-dijabete tat-tip 2 tista’ titreġġa’ lura għal-livell normali billi jitnaqqas il-kontenut ta’ xaħam fil-fwied u fil-frixa, billi jitfa’ dawl fuq l-etjoloġija ta’ kundizzjoni li qabel kienet titqies bħala kumplessa u eteroġenja.

 Bl-appoġġ ta’ Nestlé Health Science Malta, it-taħditiet “Putting Type 2 Diabetes into Remission” huma miftuħa għall-pubbliku u se jsiru nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju fil-5.30pm u s-Sibt 4 ta’ Mejju fid-9.30am fil-Hilltop Gardens, Naxxar. Is-sessjoni tal-Ġimgħa 3 ta’ Mejju fit-8.00pm se tkun iddedikata għat-tobba, professjonisti u studenti fil-qasam tas-saħħa. It-tliet taħdidiet se jkunu segwiti minn riceviment.

Il-bookings jistgħu jsiru għand il-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) fuq it-tel: 2138 3837 bejn it-8.00am u l-5.00pm jew f’Chic Physique Studio. Id-donazzjoni b’ċekk għandha tintbagħat lil: May Bezzina, LifeCycle (Malta) Foundation, c/o ChicPhysique Studio, Hilltop Gardens, Triq L-Inkwini, Naxxar NXR 2461.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here