Home Net News Iranjan bil-vizzju tad-droga wettaq frodi f’apparat “Apple” biex iħallas lil Jordan

Iranjan bil-vizzju tad-droga wettaq frodi f’apparat “Apple” biex iħallas lil Jordan

8
0
SHARE
Advertisement

Tkompli l-kumpilazzjoni dwar droga u flus foloz

Student Iranjan ta’ 24 sena li fil-15 ta’ Marzu li għadda mar erba’ snin ħabs wara li ammetta li wettaq frodi permezz ta’ ċekkijiet misruqin kien xtara klandestinament apparat elettroniku “Apple” fosthom iPhones u lap-tops u għaddihom lil Jordan Azzopardi bħala ħlas għal droga li kien jixtri mingħandu.

Mohammed Ghareh Shiran
kien ammetta fil-Qorti li permezz ta’ ċekkijiet misruqin kien irnexxielu jixtri
b’kemm jiswew €32,000 f’oġġetti
elettroniċi. Wara ftit aktar minn xahar ħareġ fil-Qorti li ħafna minn dawn
l-oġġetti spiċċaw għand Jordan Azzopardi, li kien jirċiviehom bħala ħlas
għad-droga li kien ibiegħ lil Iranjan..

Dan
ħareġ minn xhieda ta’ Surġent tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali
li nvestiga l-każ tal-Iranjan u dan meta quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke
kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Jordan Azzopardi u omm ta’ ħames
t’itfal minn Bormla.

Huwa
qal li kkordina mal-Ispettur Anthony Mercieca fuq dan il-każ wara li
fir-residenza ta’ Azzopardi oriġinarjament
mill-Iklin u
li qed jiġi mixli b’akkużi ta’ traffikar u pusses ta’ droga, ċirkolazzjoni ta’
flus foloz u armi, nstabu għadd ta’ mobajls, iPhones u laptops tal-marka Apple.

Ix-xhud qal li meta saret verifika mas-serial numbers
tal-oġġetti misrquin u ffrodati minn diversi, u li dawn qablu mal-oġġetti li
kienu fil-pusses tal-akkużat Jordan Azzopardi. Ingħad li l-ktieb taċ-ċekkijiet
kien insteraq lil ċertu Godfrey Zammit li għandu l-kumpanija La Nostra Padrona.

Il-frodi permezz ta’ dawn iċ-ċekkijiet kienu saru bein
is-27 ta’ Frar u t-13 ta’ Marzu li għadda. Żewġ iPhones li jiswew madwar
€3,000 minn ħanut f’Tal-Pieta. Oġġetti oħra nsterqu minn ħwienet oħra
f’Tas-Sliema
u Birkirkara, l-aktar lap tops tad-ditta. 
Mohammed kien qal meta tressaq il-Qorti li m’għandux saqaf fuq rasu.

Is-Surġent tal-Pulizija qal li meta Mohammed kien
mistoqsi jekk kienx Jordan Azzopardi stess li kien jibgħatu biex iwettaq dan
il-frodi sabiex ikollu biex iħallsu għad-droga li kien qed jagħtih, l-Iranjan
dejjem naqas li jagħti nformazzjoni.

Pulizija oħra xehdu li każijiet li għandhom x’jaqsmu ma’
flus foloz għadhom għaddejjin fil-Qorti filwaqt li qed isir eċerċizzju biex
wieħed jiskopri jekk hemmx relazzjoni ta’ dan mal-akkużat Azzopardi.

Espert dwar iċ-ċirkolazjoni tal-flus qal fil-Qorti li mill-tliet pakketti li huwa ngħata biex jara l-flus jekk kienux ġenwini jew foloz qal li minn wieħed kien hemm żewġ karti tal-flus foloz, u mill-oħrajn, kien hemm pakkett b’480 ewro flus ġenwini u ieħor b’230 ewro bi flus ġenwini.

Sadanittant saret talba għal liberta’ proviżorja fil-każ tal-omm minn Bormla mill-Avukat Alfred Abela, li flimkien mal-Avukat Arthur Azzopardi qed jidher għall-akkużati.  Ill-Qorti preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke qalet li fit-tweġiba li saret mill-Avukat Ġeneral għall-ewwel talba li saret dan qal li għad jonqos jixhed xhud pajżan ieħor u li jekk tingħata l-liberta’ f’dan li stadju jista’ jkun hemm intraċċ tal-provi.

Minn naħa tiegħu l-Avukat Alfred Abela qal li l-unika xhud li jonqos jixhed pajżan jinsab il-ħabs bħalissa u għalhekk ma jista’ jkun hemm ebda biża fuq intraċċ tal-provi. Huwa kkwota sentenza mogħtija mill-Imħallef Griscti u anke sentenza mogħtija mill-Qorti ta’ Strasbourg biex isaħħaħ t-teżi tiegħu għaliex l-akkużata għandha finalment tingħata l-liberta’ proviżorja. Il-Qorti qalet li d-deċiżjoni se tingħata kameralment.  Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Mark Mercieca, Justine Grech u Shaun Friggieri. Il-kumpilazzjoni tkompli l-Erbgħa, 5 ta’ Ġunju li ġej.

The post Iranjan bil-vizzju tad-droga wettaq frodi f’apparat “Apple” biex iħallas lil Jordan appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here