Home Net News FILMAT: Laħqu ħarġu qabel iġġarfu 3 appartamenti

FILMAT: Laħqu ħarġu qabel iġġarfu 3 appartamenti

7
0
SHARE
Advertisement

Tliet appatamenti li hemm biswit sit ta’ kostruzzjoni fit-Telgħa ta’ Gwardamangia spiċċaw iġġarfu tard l-Erbgħa bil-lejl.

Net News jinsab infurmat li malli seħħ il-każ qamet kommossjoni sħiħa fl-inħawi hekk kif instema’ ħoss kbir li ħasad lill-ġirien.  Nies li tkellmu magħna qalulna li residenti li kienu joqgħodu fit-tielet sular b’xi mod mirakoluż laħqu ħarġu.

Iz-zona ġiet evakwata minħabba l-periklu li għad hemm.

Ir-residenti li joqgħodu fil-viċinanzi għadhom barra fit-triq.

Fil-post, viċin ferm tad-daħla tal-Isptar San Luqa, hemm mhux biss Pulizija iżda anke membri tal-Protezzjoni Ċivili.

The post FILMAT: Laħqu ħarġu qabel iġġarfu 3 appartamenti appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here