Home Net News Tiġġarraf parti minn Għar Ħanex

Tiġġarraf parti minn Għar Ħanex

14
0
SHARE
Advertisement

Parti kbira mill-irdum fiż-żona magħrufa bħala Għar Ħanex, u li tagħmel maż-Żurrieq, iġġarrfet matul il-ġurnata.

Fortunatament ħadd ma nzerta fl-inħawi hekk kif seħħ dan it-tiġrif u b’hekk kienet evitata traġedja.

Bit-tiġrif ta’ parti mill-irdum, issa saħansitra ffurmat tieqa ġdida u ferm ikbar minn dik li kien hemm diġà, u li hi magħrufa bħala Ras il-Miġnuna. Din it-tieqa hi popolari b’mod speċjali għal sport relatat mal-ilma, bħal kayaking.

L-irdum ta’ Għar Ħanex hu magħruf għall-veduti spettakolari li joffri, tant li huma ħafna dawk li jikkunsidraw dawn l-inħawi bħala fost l-isbaħ fil-gżejjer Maltin.

Jidher li t-tiġrif ta’ din il-parti tal-irdum seħħ il-Ġimgħa wara nofsinhar, tant li kienu diversi dawk li, malli raw ir-ritratti, innutaw li l-irdum kien għadu intatt sa sigħat biss qabel.

Ritratt: JP Muscat

The post Tiġġarraf parti minn Għar Ħanex appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here