Home Net News Novak Djokovic eliminat mill-Masters ta’ Monte Carlo

Novak Djokovic eliminat mill-Masters ta’ Monte Carlo

11
0
SHARE
Advertisement

Is-sid numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic kien
eliminat mill-kwarti tal-finali tal-Masters ta’ Monte Carlo b’telfa kontra
Daniil Medvedev. It-tennist ta’ 31 sena, rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni
fl-2013 u fl-2015, tilef kontra s-sid numru 14 tad-dinja f’sagħtejn u 20
minuta.

Djokovic tilef 6-3, 4-6, 6-2 biex sofra l-ewwel telfa
kontra r-Russu f’erba’ konfronti. Is-Serb deher li ħa l-kontroll tal-logħba
wara li rebaħ it-tieni set, iżda Medvedev kiser is-service tliet darbiet
fit-tielet set biex fis-semifinali jilgħab kontra Serb ieħor Dusan Lajovic.

Is-Serb kellu possibbiltà li jiltaqa’ mal-11-il darba
rebbieħ f’Monte Carlo Rafael Nadal, iżda naqas li jgħaddi għas-semifinali
fl-aħħar tliet tournaments li ħa sehem, minn meta rebaħ l-Open tal-Awstralja
għal rekord seba’ darbiet f’Jannar li għadda.

The post Novak Djokovic eliminat mill-Masters ta’ Monte Carlo appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here