Home Net News L-Indoneżja…L-isfidant għall-Presidenza ma jammettix it-telfa

L-Indoneżja…L-isfidant għall-Presidenza ma jammettix it-telfa

3
0
SHARE
Advertisement

L-eks Ġeneral tal-Armata li qed jikkuntesta
għall-Presidenza tal-pajjiż irrifjuta li jammetti t-telfa meta l-ewwel indikazzjonijiet
mill-elezzjoni qed juru vantaġġ ċar għall-President tal-pajjiż attwali, Joko
Widodo – li min-naħa tiegħu ħabbar lilu nnifsu bħala r-rebbieħ.

L-isfidant, Prabowo Subianto – għal snin twal rivali
qalil ta’  Widodo — qed jgħid li
l-indikazzjonijiet mhumiex ta’ min jorbot fuqhom u li f’dawn iċ-ċirkustanzi, ‘il-poplu
Indoneżjan qed ikun suġġett għal kampanja ta’ qerq u gideb.’ Subianto qed
jinsisti li hu u s-sostenituri ‘għandhom il-provi ta’ tbagħbis u manipulazzjoni
fil-proċess elettorali’.

Filwaqt li r-riżultati uffiċjali tal-elezzjoni mhumiex se jkunu magħrufa qabel ix-xahar id-dieħel, l-ewwel proċessi tal-għadd tal-voti qegħdin juru li l-President Widido, fil-jiem li ġejjin, għandu jaċċerta minn maġġoranza komda.Dan fost sinjali li Widodo (fil-preżent) qed igawdi vantaġġ ta’ millanqas għaxar punti perċentwali fuq l-isfidant ewlieni

Sadanittant, l-awtoritajiet Indoneżjani qegħdin jappellaw
għall-kalma meta huma lesti biex irażżnu kwalunkwe ħjiel tal-inkwiet.

L-awtoritajiet tal-Pulizija għamluha ċara li lesti jieħdu
azzjoni determinata f’każi fejn jinqalgħu l-azzjonijiet illegali jew
anti-kostituzzjonali b’theddida għall-istabbilita u s-sigurta pubblika.

The post L-Indoneżja…L-isfidant għall-Presidenza ma jammettix it-telfa appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here