Home Net News L-Afrika t’Isfel: Imutu fil-kroll ta’ knisja

L-Afrika t’Isfel: Imutu fil-kroll ta’ knisja

7
0
SHARE
Advertisement

Mietu talanqas
13-il persuna, b’ħafna oħrajn jindarbu, meta ċediet għal fuqhom ħajt ta’ knisja
Pentekostali fil-provinċja ta’ KwaZulu-Natal, viċin il-kosta.

It-traġedja
seħħet waqt li kien qed jibda servizz reliġjuż tal-Għid, bis-servizzi
għall-emerġenzi jwasslu għexieren ta’ midruba lejn l-isptar.

Ma kienx magħruf
jekk uħud mill-midruba kenux f’periklu li jitilfu ħajjithom b’konsegwenza
tal-kroll.

Il-knisja tinsab
fiz-zona ta’ Dlangubo ta’ eMpangeni u l-uffiċjali qalu li t-traġedja kienet
dovuta għall-inżul tax-xita qawwija, fost il-maltempati bir-riħ qawwi li laqtu
l-inħawi fl-aħħar ġranet.

Intant,
ir-rapporti qalu li l-President tal-Afrika t’Isfel, Cyril Ramaphosa, kien żar
din il-knisja s-sena l-oħra u li numru ta’ devoti, dakinar, kienu talbuh
l-għajnuna għall-bini ta’ knisja ġdida.

Numru ta’ uffiċjali tal-Gvern, fl-aħħar sigħat, marru fuq is-sit fejn seħħ il-kroll fatali, bl-inċident qed ikun investigat.

The post L-Afrika t’Isfel: Imutu fil-kroll ta’ knisja appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here