Home Net News Issir is-16-il edizzjoni tal-mixja b’risq Puttinu Cares

Issir is-16-il edizzjoni tal-mixja b’risq Puttinu Cares

9
0
SHARE
Advertisement

Bħal ma saret tradizzjoni ta’ kull sena, persuni ta’ kull età inġabru ħdejn is-Santwarju tal-Madonna tal- Mellieħa fil-lejl ta’ bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira biex jimxu sal-Fosos tal-Furjana f’rotta li din is-sena nbidlet xi ftit mis-snin li għaddew minħabba x-xogħlijiet fit-toroq

Din il-mixja, li saret sinonima ma’ dan il-lejl, issir b’risq Puttinu Cares, b’dawk li jipparteċipaw jagħtu donazzjoni li tmur għal din il-fondazzjoni.

Din kienet is-16-il edizzjoni ta’ din il-mixja u għaliha attendew eluf ta’ persuni li mxew total ta’ madwar 21 kilometru. Magħhom ingħaqdu wkoll għadd ta’ ġerrejja kif ukoll ċiklisti.

Donazzjonijiet miġbura minn din l-attività jmorru biex din il-fondazzjoni tkompli bix-xogħol imprezzabbli tagħha, fosthom li tipprovdi akkomodazzjoni u għajnuna finanzjarja lil familji li jkunu qegħdin għaddejjin mill-passjoni tal-mard u li jkollhom bżonn il-kura barra minn xtutna.

The post Issir is-16-il edizzjoni tal-mixja b’risq Puttinu Cares appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here