Home Net News Bżonn ta’ aktar ħarsien f’Ħondoq ir-Rummien

Bżonn ta’ aktar ħarsien f’Ħondoq ir-Rummien

8
0
SHARE
Advertisement

Filwaqt li l-proġett ta’ Reverse Osmosis f’Għawdex hu wieħed bżonnjuż, wieħed irid jara li biex jitwettaq il-proġett, ma tkomplix issir ħsara fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien.

Sostnew dan il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali tal-Qala,
Paul Buttigieg u Karl Buttigieg, b’ riferenza għall-proġett tal-Korporazzjoni
għas-Servizzi tal-Ilma li qed isir b’fondi Ewropej biex il-bini fejn qabel kien
id-distillatur ta’ Ħondoq ir-Rummien, jinbidel f’impjant ta’ Reverse Osmosis.

Il-Kunsillieri ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li x-xogħolijiet qed iħallu
impatt fuq il-bajja. Tul dawn l-aħħar xhur kif bdew ix-xogħolijiet, beda
jintefa’ likwidu abjad fil-bajja li qed iniġġeż il-baħar.

Jidher
li dan ma kienx inċident ta’ darba għax il-każijiet komplew jiġu rappurtati
matul Frar, Marzu, u issa anki f’April

Problema
oħra hi l-istorbju eċċessiv tal-inġenji li qed jintużaw f’dawn ix-xogħolijiet.
Il-Kunsillieri jistaqsu jekk dawn ix-xogħolijiet hux ser ikomplu tul ix-xhur
tas-Sajf meta l-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien tkun ta’ kuljum ippakkjata
bin-nies. 

In-nuqqas
ta’ prekawzjonijiet waqt it-tlestija tal-proġett qed iħasseb ukoll kumpanniji
li jaħdmu fis-settur tad-diving li jinsabu inkwetati dwar l-effett fuq
l-ambjent taħt il-baħar.

Il-Kunsillieri
tal-PN fil-Qala għamlu numru ta’ talbiet lill-Korporazzjoni għas-Servizzi
tal-Ilma sabiex tkun imħarsa l-Bajja ta’ Ħondoq. Talbu fost oħrajn li l-Kunsill
Lokali jkun rappreżentat fuq il-kumitat li qed imexxi x-xogħolijiet iżda
l-Kunsill qatt ma kien mistieden.

Qalu
wkoll li huma talbu lill-Kunsill Lokali jikteb lill-Korporazzjoni sabiex
tinvestiga l-effetti li qed ikollhom ix-xogħolijiet fuq il-bajja, iżda
l-Kunsillieri Laburisti kellhom pressjoni kbira mill-Gvern biex il-Kunsill
iħallu kollox għaddej.

The post Bżonn ta’ aktar ħarsien f’Ħondoq ir-Rummien appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here