Home Net News Mara tispiċċa l-ħabs fuq theddid u insulti lejn missier uliedha

Mara tispiċċa l-ħabs fuq theddid u insulti lejn missier uliedha

4
0
SHARE
Advertisement

Mara spiċċat il-ħabs wara li b’mod persistenti użat kliem ta’ theddid u insulentat lil missier it-tfal tagħha. Enas Sobhy Zaky Attia Casha ġiet mixlija b’theddid u li anke għamlet rapport falz mal-Pulizija.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud semgħet
il-provi fejn ingħad li wara li għamlet theddid, hija għamlet rapport
lill-Pulizija fejn saħansitra qalet li dan stupraha.

Dan il-każ qed jinstema’ bil-biebin magħluqa, iżda huwa wieħed mill-aktar minn 100 ilment li hija għamlet kontra r-raġel fi spazju ta’ ftit snin, u li b’mod konsistenti huwa dejjem instab innoċenti, qal l-Avukat tar-raġel.

Huwa għandu żewġt ibniet li ma jistax jara minħabba rapport kontinwi li qegħdin
isiru minn naħa tal-mara, allegatament rapporti li huma foloz fuq informazzjoni
li hija tagħti lill-Qorti, qal l-Avukat Jason Grima.

L-Avukat
talab lill-Qorti biex il-klijent tiegħu jingħata garanzija li jgħix fil-paċi
minn din il-mara u li dan it-tip ta’ “harassment”
jieqaf. Casha f’ħin minnhom bdiet tgħaddi wkoll xi kummenti
dispreġġattivi, bil-Qorti twaqqafha

Il-Qorti
qalet li hija emmnet ix-xhieda tal- parte
civile
li xehed ukoll fejn qal
lill-Pulizija li wara l-inċident inkwistjoni hija qaltlu “bħal ma tfajtek il-ħabs
bir-rapporti foloz, nerġa’ nitfak il-ħabs”, dan qabel ma bdiet toffendih bla limitu.

Il-Maġistrat
Mifsud qal li dawn l-inċidenti jridu jiefqu darba għal dejjem, u għax dawn
qegħdin jaħlu ż-żmien tal-Pulizija u r-riżorsi tal-Qorti. Wara li nstabet ħatja
tal-akkużi ta’ theddid, il-Maġistrat Mifsud ikkundannaha xahar ħabs u ordnala
biex ma tersaqx lejn missier uliedha fuq garanzija ta’ €2000.  

Anke meta
ngħatat is-sentenza, hija reġgħet bdiet tipprotesta u tgħid li ma għamlet xejn
ħażin u li s-sentenza mogħtija kienet inġustizzja. Il-Maġistrat ta
struzzjonijiet lil mara biex tiffrma il-ktieb li jfisser is-sospensjoni
tas-sentenza sakemm il-każ jinqata’ fl-appell, imma hi rrifjutat u kompliet
targumenta.

Hija
nbagħtet ukoll 15-il ġurnata detenzjoni minħabba dak li għamlet fil-Qorti,
bl-istess Qorti tordna biex din tiġi eskortata lejn il-“lock up” minħabba li
s-sentenza kienet waħda finali.

Il-mara wara skużat ruħha lill-Qorti, u qalet
li ma kienitx qed tifhem x’kien qed jiġri. Il-Qorti rrevokat il-piena
fuq dak li għamlet fl-awla, iżda mhux is-sentenza oriġinali tal-ħabs. L-Avukat Leslie Cuschieri deher għal Casha
filwaqt li l-Avukat  Jason Grima appeared parte civile for the
victim.

The post Mara tispiċċa l-ħabs fuq theddid u insulti lejn missier uliedha appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here