Home Net News Liġi ġdida li se tipproteġi lill-SMEs u tassigura deals aħjar għall-konsumatur –...

Liġi ġdida li se tipproteġi lill-SMEs u tassigura deals aħjar għall-konsumatur – Zammit Dimech

6
0
SHARE
Advertisement

“In-negozji Maltin iriduna noħolqu ambjent għan-negozju ġust u kompetittiv, u biex niffaċilitaw li jkunu kompetittivi online. Jien kuntent li r-regolament il-ġdid li nnegozjajt se jassigura li n-negozji jkunu salvagwardati meta jużaw pjattaformi online biex jilħqu lill-konsumaturi, u li l-konsumaturi issa se jkollhom għażla aktar wiesgħa ta’ deals.” L-MEP Francis Zammit Dimech qal dan waqt li kien qed jindirizza dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar regolament ġdid li jippromwovi t-trasparenza għan-negozji li jużaw il-pjattaformi online.

Zammit Dimech spjega kif in-negozji, speċjalment dawk
żgħar, qed isiru aktar dipendenti fuq il-pjattaformi online biex jilħqu
lill-konsumaturi, għaliex dawn tal-aħħar qed jużaw l-istess pjattaformi biex
jixtru prodotti jew servizzi bħal titjiriet u akkomodazzjoni. Hu qal li
minħabba f’hekk, hu kruċjali li l-pjattaformi jaħdmu b’mod trasparenti u ġust
fil-mod ta’ kif jittrattaw lin-negozju, u dan biex jassiguraw kompetizzjoni
ġusta.

Zammit Dimech, li serva bħala r-Rapporter fil-Kumitat
tal-Affarijiet Legali, qal li n-negozji qed jinsistu mal-UE biex tappoġġa
lis-settur tat-turiżmu. Hu qal li dan ir-regolament se jindirizza dan ukoll,
peress li l-informazzjoni li tinġabar mill-pjattaformi minn attivitajiet
kummerċjali, se tingħata lin-negozji rispettivi. Dan hu kruċjali għas-settur
tat-turiżmu u se jassigura servizz aħjar u jiffaċilita marketing aktar immirat.

Filwaqt li irringrazzja lill-Malta Business Bureau
għall-kontribut tagħhom, Zammit Dimech irrefera għall-manifest tagħhom
għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, u l-mandat li jmiss tal-UE, u qal li fost
it-temi msemmija, l-MBB insista fuq il-bżonn ta’ riformi neċessarji u politika
li toħloq ambjent tan-negozji ġust u kompetittiv, biex tkun faċilitata
t-trasformazzjoni diġitali, u biex jitkompla l-investiment fl-innovazzjoni. Hu
qal li kif għamel fuq kwistjonijiet ta’ taxxa, kif ukoll fir-regolament dwar
is-settur tal-farmaċewtika, hu se jkompli jissalvagwardja l-interessi u
l-kompetittività tan-negozji u l-impjiegi f’Malta u f’Għawdex.

Zammit Dimech temm jgħid li hu kburi li ikkontribwixxa
biex issalvagwardja diversi negozji żgħar, kif ukoll biex il-kompetizzjoni tkun
waħda ġusta li se twassal għal għażla akbar għall-konsumaturi u deals aħjar
meta jsir il-kummerċ online.

The post Liġi ġdida li se tipproteġi lill-SMEs u tassigura deals aħjar għall-konsumatur – Zammit Dimech appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here