Home Net News Il-PN se jippreżenta aktar proposti dwar l-Enerġija u l-Ambjent

Il-PN se jippreżenta aktar proposti dwar l-Enerġija u l-Ambjent

8
0
SHARE
Advertisement

Għax il-Partit Nazzjonalista jrid ikun Oppożizzjoni kostruttiva li tagħmel id-differenza minn issa, se jkun qed jippreżenta aktar proposti favur l-Enerġija u l-Ambjent, iżda fuq kollox favur in-nies.

Dan kien il-qofol tal-messaġġ li l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament David Agius wassal waqt konferenza tal-aħbarijiet. Matulha, nnota kif aktar Maltin u Għawdxin qed jaffiċinaw lill-Partit b’kontijiet li mbagħad jirriżulta li kien hemm żbalji fihom.

David Agius qal li filwaqt li nstabu każijiet bi żbalji ta’ ftit ċenteżmi, oħrajn saħansitra ammontaw għal eluf ta’ ewro. F’każ ieħor, persuna lanqas biss kellu mmarkat li juża’ l-pannelli solari.

Dawn il-każijiet jistonaw mal-wegħda tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, meta kien wiegħed roħs sostanzjali fil-kontijiet tad-dawl. Għax b’din it-taħwida, in-nies qed jinsterqu mill-Gvern suppost Soċjalista.

Fuq kollox, kompla David Agius, il-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti lura l-flus misruqa lill-poplu.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista kompla li l-Gvern Soċjalista baqa’ ma riedx jippreżenta r-Rapport dwar il-miri tat-Tibdil fil-Klima sal-2020. Madankollu, dan spiċċa ppubblikat xorta mill-Kummissjoni Ewropa.

David Agius qal li l-Gvern ħassu skomdu jippubblika r-Rapport għax fih irriżulta li fil-leġislatura li ġejja, se jkollhom jogħlew il-kontijiet tal-Enerġija, ladarba jiskadi l-ftehim tal-hedging.

Min-naħa tiegħu, il-Kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewpropew Michael Briguglio qal li l-Partit Nazzjonalista qed jisma’ lill-esperti relatati qabel ma jkompli joħroġ aktar proposti dwar suġġetti differenti.

Mistoqsi minn NET New għaliex il-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta l-proposti minn issa, David Agius tenna li l-politika tal-Partit għandha tibqa’ waħda pro-attiva, effettiva u favur l-Ambjent.

Matul il-konferenza tal-aħbarijiet, David Agius u Michael Briguglio kienu akkumpanjati mill-Minority Leader u Kandidat għall-elezzjoni lokali fl-Imsida Charles Selvaggi u mill-Kandidat ġdid għal Tas-Sliema Anton Debono.

The post Il-PN se jippreżenta aktar proposti dwar l-Enerġija u l-Ambjent appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here