Home Malta Winds Il-PL ma jistax ikun fdat dwar l-abort

Il-PL ma jistax ikun fdat dwar l-abort

4
0
SHARE
Advertisement

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat rabat flimkien il-pożizzjoni fis-soċjetà favur l-abort mal-kwistjoni tal-immigrazzjoni. F’diskors riċenti l-Prim Ministru qal li dawk li jmorru jimxu wara d-Duluri u jitkellmu kontra l-abort għandhom juru kompassjoni lejn l-immigranti. Donnu ried jagħti l-impressjoni li l-persuni li huma kontra l-abort huma b’xi mod kontra l-immigranti u r-refuġjati.

Din id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru ma torbotx u hi ‘l bogħod mir-realtà għaliex m’hemmx rabta bejn il-pożizzjoni kontra l-abort u l-pożizzjoni dwar l-immigrazzjoni. Fil-każ tal-abort, dawk li jopponuh qed jagħmlu hekk għaliex għandhom il-valur tal-ħajja, għaliex jemmnu li l-ħajja tibda mal-konċepiment u għaliex jemmnu li ħadd m’għandu dritt ineħħi l-ħajja ta’ ħaddieħor.

Dawn
jemmnu wkoll li l-embrijun hu bniedem u mhux tmien ċelloli. Dawk kontra l-abort
jemmnu li l-bniedem mhux magħmul min-numru ta’ ċelloli iżda mill-bidu tal-ħajja;
mill-konċepiment.

Għal
dawk li huma favur l-abort, il-valur tal-ħajja hu l-ogħla u l-aqwa valur li
jista’ jkollha persuna u li l-omm hi l-persuna li minkejja li qed iġġorr
it-tarbija tagħha m’għandha l-ebda dritt ittemmilha ħajjitha bil-kompliċità
tat-tobba.

Quddiem din il-kwistjoni, il-PN għandu politika u pożizzjoni ċara. Il-PN jemmen fil-ħajja sa mill-konċepiment u mhux lest iċedi pulzier dwar dan. Kien għalhekk il-PN li ipproteġa l-embrijun fil-liġijiet fil-parlament quddiem gvern li neħħa l-protezzjoni għall-embrijun mil-liġi dwar il-vjolenza domestika.

Il-PL
ma tistax tafdah dwar it-tessut tas-soċjetà Maltija. Tul is-snin biddel
it-tessut tas-soċjetà u mexa lejn mudelli liberali mingħajr
il-kunsiderazzjonijiet tal-valuri u l-prinċipji. Għall-konvenzjoni politika,
Joseph Muscat bidel diversi drabi dikjarazzjonijiet li hu kien għamel dwar
is-soċjetà.

Dwar
l-abort il-PL għandu diffikultà u qasma għaliex l-elementi liberali ta’ ġo fih
qed jikkumbattu l-elementi li ma jridux li jiddaħħal l-abort f’Malta.

Quddiem
din il-pressjoni pubblika, l-Prim Ministru Joseph Muscat diversi drabi ddikjara
li l-PL hu kontra l-abort. Din id-dikjarazzjoni mhux biżżejjed għaliex hemm
perikoli oħra dwar kif jista’ jiddaħħal l-abort f’Malta. Il-maġġoranza
tal-poplu qed taħseb li l-PL fil-gvern se jagħmel referendum dwar l-abort
l-istess kif kien sar dwar il-kaċċa jew dwar is-sħubija ta’ Malta fl-UE.

Bla dubju li l-Prim Ministru mhux se jmur għal referendum dwar l-abort għaliex ikun qed jirriskja li diversi elementi minn ħdanu joħorġu jikkampanjaw favur. Dan ikun katastrofiku għalih u għall-PL. Għakhekk il-biża’ hi li l-PL, fil-programm elettorali tiegħu, jdaħħal klawsola ambigwa li tkun tista’ tiġi interpretata bħala li fetħet tieqa biex jiddaħħal l-abort.

Jekk
il-PL jdaħħal din il-klawsola jkun ifsser li jekk jikseb maġġoranza
fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, l-abort ikun daħal mit-tieqa.

Għalhekk mhux biżżejjed li l-PL jiddikjara fil-pubbliku li hu kontra l-abort iżda jrid jiddikjara wkoll li fil-programm elettorali tiegħu ma jdaħħal l-ebda klawsola li tista’ tiftaħ tieqa għall-abort. Jekk dan ma jsirx allura l-PL jkollu l-intenzjoni li xi darba jew oħra l-abort jiddaħħal f’Malta.

Il-ħatra
ta’ George Vella bħala President ta’ Malta tat garanzija lill-poplu Malti li
l-President il-ġdid mhux se jiffirma l-liġi favur l-abort jekk din xi darba
titressaq quddiemu. Din hi forma ta’ garanzija għalkemm jekk George Vella jirriżenja
minn President quddiem liġi dwar l-abort, allura jkun fetaħ it-triq biex
il-gvern jappunta President li jkun lest jaċċetta din il-liġi.

Quddiem din l-isfida jeħieġ li jkollna soċjetà b’saħħitha; jeħtieġ soċjetà li toħloq moviment iffurmat mill-politiċi li huma kontra l-abort u li huma lesti li jiġġieldu din il-ġlieda kontra l-qtil u favur il-ħajja.

minn
Dione Borg
Kandidat
tal-PN għall-Parlament Ewropew

The post Il-PL ma jistax ikun fdat dwar l-abort appeared first on maltawinds.com.

Original article found on Malta Winds

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here