Home Net News 7 peruni arrestati b’rabta ma’ pussess ta’ droga

7 peruni arrestati b’rabta ma’ pussess ta’ droga

8
0
SHARE
Advertisement

L-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga assistiti mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi, membri tal-iSpecial Intervention Unit u s-sezzjoni tat-traffiku lbieraħ wasslet għall-arrest ta’ seba’ persuni ġewwa garaxx fi Triq il-Mejjilla, Ħal Qormi.

Il-persuni arrestati huma minn Ħal Qormi, il-Belt Valletta, iż-Żejtun, l-Imsida u San Pawl il-Baħar u l-età tagħhom tvarja bejn 38 u 47 sena.

Fl-istess garaxx instabu diversi pakketti b’sustanzi ta’ lewn kannella u abjad li huma suspettati droga eroina u kokaina rispettivament li kienu lesti biex jiġu ttraffikati, flimkien ma’ affarijiet oħra relatati mal-abbuż tad-droga.

Dwar is-sejba ġiet infurmata l-Maġistrat Monica Vella li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. Il-persuni mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

The post 7 peruni arrestati b’rabta ma’ pussess ta’ droga appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here