Home Net News Solskjaer jittama f’rimonta simili ta’ Manchester United bħal dik kontra PSG

Solskjaer jittama f’rimonta simili ta’ Manchester United bħal dik kontra PSG

4
0
SHARE
Advertisement

Il-manager ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer qal li Manchester United se jużaw ir-rimonta kontra PSG bħala motivazzjoni biex idawru t-telfa ta’ 1-0 li sofrew kontra Barcelona fl-ewwel leg f’Old Trafford.

“Dik il-memorja ta’ PSG se tgħin lill-plejers. Se tgħin
lilna bħala tim biex nippruvaw indawru l-affarijiet. Nafu li Barcelona fin-Nou
Camp huma diffiċli iżda l-memorja ta’ dak il-lejl se tibqa’ mal-plejers. Ma
tantx ilu u qegħdin gowl aħjar,” qal in-Norveġiż.

Din il-logħba tfisser ukoll ir-ritorn ta’ Solskjaer
fl-istadium li fih skorja l-gowl rebbieħ fil-ħin miżjud fil-finali
taċ-Champions League kontra Bayern Munich fl-1999.

Il-kowċ ta’ Barcelona Ernesto Valverde kkonferma li
Lionel Messi jinsab tajjeb wara d-daqqa li qala’ mingħand Chris Smalling
fl-ewwel logħba. Messi u diversi plejers oħra ma lagħbux fid-draw ta’ 0-0 li Barcelona
kellhom kontra Huesca.

Alexis Sanchez u Nemanja Matic huma parti mill-iskwadra
tar-Red Devils li tinsab Barcelona. Jekk ikun involut, dan ikun ritorn għal
Sanchez hekk kif fil-passat lagħab ma’ Barcelona. Sergio Roberto u Ivan Rakitic
huma mistennija jibdew mill-bidu wara li rkupraw minn xi daqqiet li kellhom,
filwaqt li Ousmane Dembele jinsab fiżikament tajjeb ukoll.

Fatt interessanti hu li Barcelona qatt ma tilfu logħba f’darhom
kontra Manchester United. Il-Katalani għaddewf’39 okkażjoni minn 41 darba
fl-Ewropa meta rebħu l-ewwel leg barra minn darhom. Barcelona ma tilfux
fl-aħħar 30 logħba taċ-Champions League f’darhom.

The post Solskjaer jittama f’rimonta simili ta’ Manchester United bħal dik kontra PSG appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here