Home Net News Persuna l-isptar wara ħabta f’San Ġiljan

Persuna l-isptar wara ħabta f’San Ġiljan

2
0
SHARE
Advertisement

Persuna ttieħdet l-isptar wara ħabta li seħħet għall-ħabta tas-7am f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anġ Borg f’San Ġiljan.

Sewwieq minnhom għandu 45 sena, residenti San Ġiljan iżda oriġinarjament huwa mill-Korea t’Isfel. Miegħu kellu passiġġiera li l-identità tiegħu għadha mhiex konfermata – dan ftit wara ttieħed lejn l-isptar. Ix-xufier tal-karozza l-oħra, li ma sofra l-ebda ġrieħi, kien raġel ta’ 37 sena residenti Raħal Ġdid.

Rapporti mill-pulizija kkonfermaw dan l-inċident filwaqt li qalulna li mhux biss kienu involuti żewġ vetturi, iżda b’kawża tal-impatt il-karozzi daħlu wkoll f’vetturi oħra li kienu pparkjati.

Il-kundizzjoni tal-persuna għadha mhix magħrufa.

The post Persuna l-isptar wara ħabta f’San Ġiljan appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here