Home Net News “Mhux vera l-aqwa żmien” – reazzjonijiet imqanqlin wara r-riżenja ta’ Lino Bartolo

“Mhux vera l-aqwa żmien” – reazzjonijiet imqanqlin wara r-riżenja ta’ Lino Bartolo

7
0
SHARE
Advertisement

Il-Partit Laburista qed juri biċ-ċar li mhux veru li hu l-aqwa żmien…jew tal-anqas għal min hu veru soċjalist. Stqarrija diretta mis-Sindku tar-Rabat Charles Azzopardi, eks kandidat tal-PL, b’reazzjoni għar-riżenja tal-Kunsillier Laburista Lino Bartolo mill-Kunsill tal-Imsida. B’Azzopardi jtenni dak li kien qal ukoll fil-programm 10Q, fuq Net Television.

Permezz ta’ din ir-riżenja l-Partit Laburista tilef il-maġġoranza fil-Kunsill Lokali tal-Imsida. Dan wara li l-Kunsillier Lino Bartolo bagħat ittra lis-Segretarju tal-Kunsill biex jinfurmah b’dan.

Fid-dawl
ta’ dan infatti s-Sindku tar-Rabat Charles Azzopardi f’post fuq Facebook qal li
qed jifhem minn xiex għadda Lino Bartolo.

Huwa
qal li lil Lino ilu jafu bħala Kunsillieri ħabrieki, devot ta’ San Ġużepp. Huwa
qal li ltaqa’ miegħu fil-Festa ta’ San Ġużepp tar-Rabat, u hemm tkellmu fuq
numru ta’ affarjiet li stqarr li aħjar jibqgħu bejniethom.

Fl-ittra,
li nqrat fil-laqgħa tal-Kunsill Lokali li nżammet it-Tnejn filgħaxija Bartolo
qal li b’effett immedjat kien qed jirriżenja mill-Partit Laburista, iżda se
jibqa’ jservi bħala Kunsillier Indipendenti.

S’issa
għadu mhux magħruf x’wassal għal din id-deċiżjoni, għalkemm il-fatt li se jkompli
jservi fil-Kunsill, jindika li r-raġuni mhix xi waħda personali jew ta’ saħħa.

Din ir-riżenja mhux biss ġabet stqarrija ċara mis-Sindku tar-Rabat iżda kienu bosta kummenti fuq Facebook li kritikaw il-Partit Soċjalista għall-mod kif qed jitratta lill-kandidati tiegħu.

The post “Mhux vera l-aqwa żmien” – reazzjonijiet imqanqlin wara r-riżenja ta’ Lino Bartolo appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here