Home Net News Macron iwiegħed li jibni mill-ġdid in-Notre Dame

Macron iwiegħed li jibni mill-ġdid in-Notre Dame

4
0
SHARE
Advertisement

Id-dinja għadha ixxukjata bin-nar devastanti li kważi qered għal kollox il-Katidral Notre Dame f’Pariġi – struttura Gotika li tmur lura aktar minn 850 sena, u li hi simbolu tal-Kristjaneżmu fil-Punent tal-Ewropa.

Kien lejl twil għall-pumpieri u t-timijiet ta’ emerġenza li intervjenew minnufih malli daħal l-allarm dwar in-nirien li dehru tilgħin mill-qalba ta’ dan il-maqdes. Fil-fatt, il-ħidma tagħhom kienet kruċjali sabiex ġiet salvata l-istruttura tal-ġebel, għalkemm il-fjammi laħqu ħallew il-marka tagħhom – strutturi tal-ħadid li inqerdu, is-saqaf tal-Katirdal krolla, u diversi opri spiċċaw irmied.

Kellhom jgħaddu xejn anqas minn 9 sigħat sakemm in-nar ġie parzjalment kontrollat.

Fl-aħħar żviluppi, il-President Fraċiż Emanuel Macron wiegħed li se jagħmel minn kollox biex dan il-ġojjell arkitettoniku taż-Żmien Medjevali jerġa’ jinbena. Fil-fatt diġa’ hemm il-ħsieb li jinbeda fondi internazzjonali li fih isir il-ġbir.

Kuljum, mal-35,000 ruħ kienu jżuru dan il-post sagru – il-maġġoranza kbira tagħhom turisti.

The post Macron iwiegħed li jibni mill-ġdid in-Notre Dame appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here