Home Net News Lejn l-elezzjoni tal-2020 fl-Istati Uniti: Repubblikan jisfida lil Trump għan-nomina tal-partit

Lejn l-elezzjoni tal-2020 fl-Istati Uniti: Repubblikan jisfida lil Trump għan-nomina tal-partit

11
0
SHARE
Advertisement

rL-eks Gvernatur ta’
Massachusetts, Bill Weld, sar l-ewwel kandidat Repubblikan li qed jisfida lil
Donald Trump (Repubblikan bħalu) fl-elezzjoni tal-2020 għall-Presidenza
tal-Istati Uniti.

Filwaqt li Weld, li għandu 73 sena, qed imexxi kampanja ‘bi stil differenti minn ta’ Trump’, iċ-ċansijiet li hu jassumi t-tmexxija tal-Partit Repubblikan huma minimi.

Dan meta l-Partit Repubblikan fil-Gvern sar jirrifletti, fuq kollox, il-politika tal-President Trump li, illum, qed igawdi mad-90 fil-mija tal-appoġġ fost il-votanti Repubblikani.

Fil-fatt, il-Kumitat Nazzjonali
tal-Partit Repubblikan stqarr li ‘mhu se jasal imkien kwalunkwe impenn ta’
sfida (lil Trump) għan-nomina tal-kandidat li, is-sena d-dieħla, se jikkuntesta
għall-White House f’isem il-partit’.

The post Lejn l-elezzjoni tal-2020 fl-Istati Uniti: Repubblikan jisfida lil Trump għan-nomina tal-partit appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here