Home Newsbook Il-Papa Franġisku jżur lil Benedittu XVI f’għeluq it-92 sena tiegħu

Il-Papa Franġisku jżur lil Benedittu XVI f’għeluq it-92 sena tiegħu

3
0
SHARE
Advertisement

Fil-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa, il-Papa Franġisku lbieraħ żar lil Benedittu XVI sabiex jixtieqlu Għid hieni, u biex jawguralu għat-92 sena tiegħu, li jagħlaqhom illum.

Il-Papa Emeritu għandu għeluq sninu llum, propju fil-Ġimgħa Mqaddsa. Il-Papa Franġisku żaru fil-Monasteru Mater Ecclesiae fil-Vatikan stess.

Il-Papa Benedittu XVI kien il-265 papa u laħaq papa fl-età ta’ 78 sena. Huwa kien l-ikbar persuna li saret papa wara l-Papa Klement XII li laħaq papa fl-1730. Huwa dam papa mill-2005 sal-2013, meta rriżenja.

 

The post Il-Papa Franġisku jżur lil Benedittu XVI f’għeluq it-92 sena tiegħu appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here