Home Net News Il-Libja: Khalifa Haftar akkużat dwar kolp ta’ stat

Il-Libja: Khalifa Haftar akkużat dwar kolp ta’ stat

7
0
SHARE
Advertisement

Il-Kmandant tal-Armata Libjana tal-Lvant, Khalifa Haftar, ipprova jwettaq kolp ta’ stat meta ħareġ mandat għall-arrest tal-Prim Ministru tal-Libja, Fayez al-Serraj, li qed igawdi r-rikonoxximent tal-komunità internazzjonali.

Dan qalu
Ghassan Salame, ir-Rappreżentant tan-Nazzjonijiet Uniti għal-Libja, meta
l-qawwiet ta’ Haftar u ta’ Serraj qed ikomplu bil-konfront militari
għall-kontroll ta’ Tripli.

L-Armata
ta’ Haftar, ġimgħatejn ilu, avvanzat sal-periferiji tal-kapitali Libjana fejn
sabet reżistenza mill-ġellieda ta’ Serraj, bil-battalji jikkonċentraw l-aktar
fuq is-sobborgi fin-naħa t’isfel ta’ Tripli. Ir-reżistenza kontra Haftar ngħatat
spinta mill-milizji armati li ġejjin minn diversi bnadi tal-Libja u li qegħdin
jgħinu fid-difiża tal-kapitali.

Min-naħa tiegħu, Haftar – eks Ġeneral fl-Armata tal-eks dittatur Libjan Muammar Gaddafi – qed jintensifika l-attakki mill-ajru u  jrid jippersisti bil-kampanja bil-għan li ‘jeqred lill-ġellieda u terroristi Iżlamiċi fil-pajjiż’.

Madankollu, Salame qal li d-deċiżjoni ta’ Haftar biex (waqt il-kampanja) joħroġ mandati għall-arrest ta’ Serraj u uffiċjali oħra tal-Gvern ( fi Tripli) ‘tidher intiża aktar għal kolp ta’ stat milli azzjoni kontra t-terrur.’

L-indikazzjonijiet,
għalissa, huma li s-sostenituri barranin ta’ Khalifa Haftar mhumiex jinsistu
miegħu biex jirtira minn Tripli. L-Eġittu, Franza u l-Emirati Għarab iqisu lil
Haftar bħala ‘l-aħjar opportunità’ biex jintemm il-ġlied bejn il-gruppi rivali
li ilu jifni l-Libja miż-żmenijiet tar-Rewwixta Storika tal-2011 li kienet
qaċċtet ir-reġim ta’ Gaddafi.

Salame
kien qed jippjana konferenza dwar rikonċiljazzjoni fil-Libja li suppost saret
din il-ġimgħa iżda kellha titħassar fid-dawl taċ-ċirkustanzi. Hu, issa, qed
jittama li n-naħat avversarji Libjani jirrealizzaw, fil-jiem li ġejjin, li ħadd
minnhom ma jista’ jikseb rebħa deċiżiva fuq livell militari.

L-aħħar
jiem ta’ battalji fil-Libja ħallew talanqas 150 mejtin ( fil-parti kbira
ġellieda) u mijiet ta’ midruba. Il-battalji rriżultaw ukoll f’xi 18,000
refuġjat, bl-osservaturi barranin qed jinkwetaw dwar iż-żieda fl-ammont
tal-vittmi ċivili u l-ħsarat kontinwi fl-infrastruttura kruċjali għal Tripli.

The post Il-Libja: Khalifa Haftar akkużat dwar kolp ta’ stat appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here