Home Net News Erik ten Hag jinsab fiduċjuż għalkemm jgħid li Juventus huma l-favoriti

Erik ten Hag jinsab fiduċjuż għalkemm jgħid li Juventus huma l-favoriti

3
0
SHARE
Advertisement

Il-kowċ ta’ Ajax Erik ten Hag jinsab kunfidenti hekk kif qal li “Juventus huma l-favoriti, speċjalment wara r-riżultat f’Amsterdam. Jekk nilagħbu tajjeb nistgħu negħlbu l-ostaklu. Allegri hu bravu u ċertament li ħaseb f’mod differenti kif jipprepara għal din il-logħba kkumparat mal-ġimgħa l-oħra. Irridu ntejbu l-pjan tattiku tagħna.”

Cristiano Ronaldo hu mistenni jibda kontra Ajax hekk kif fl-aħħar logħba fis-Serie A kontra Spal ma kienx fl-iskwadra. Juventus tilfu 2-1, b’Allegri juża biss żewġ plejers li kienu fl-ewwel leg kontra Ajax il-ġimgħa l-oħra.

Ajax fuq in-naħa l-oħra kellhom disa’ plejers mid-draw ta’
1-1 kontra ċ-Champions Taljani, bil-midfielder influwenti Frenkie de Jong
joħroġ minħabba problema fil-hamstring fl-ewwel taqsima, għalkemm xorta
mistenni li jagħmilha hekk kif jinsab fl-iskwadra.

Emre Can mistenni jirritorna għal Juventus wara li tilef
l-ewwel logħba, iżda Mario Mandzukic u Giorgio Chiellini mhumiex fl-iskwadra
hekk kif qed ikomplu jirkupraw. Douglas Costa jista’ jirritorna fost
is-sostituti. Ajax għandhom lil Hassane Bande u Careil Eiting neqsin flimkien
mas-sospiż Nicolas Tagliafico.

Juventus mhumiex megħluba fl-aħħar 10 konfronti kontra
Ajax fil-kompetizzjonijiet kollha u qed iħarsu li jaslu għas-semifinali
għat-tielet darba fl-aħħar ħames staġuni. Ajax fuq in-naħa l-oħra ilhom ma
jaslu mal-aħħar erbgħa mill-istaġun 1996/97.

The post Erik ten Hag jinsab fiduċjuż għalkemm jgħid li Juventus huma l-favoriti appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here