Home Newsbook Delia jipproponi twaqqif ta’ kumitat parlamentari “biex isalva lil Malta”

Delia jipproponi twaqqif ta’ kumitat parlamentari “biex isalva lil Malta”

3
0
SHARE
Advertisement

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ppropona t-twaqqif ta’ kumitat parlamentari biex jistudja rapport li nħareġ mill-GRECO, il-Kummissjoni Venezja u l-Kunsill tal-Ewropa, u li skontu “jħammar wiċċ Malta”.

Istituzzjonijiet tajbin fuq il-karta; imma effettivi? – GRECO

Meta kien qed jagħlaq il-mozzjoni mitluba tal-Partit Nazzjonalista biex il-Parlament jiddiskuti r-Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-GRECO ppubblikat fit-3 t’April li għadda, Delia spjega li dan il-kumitat għandu jitwaqqaf fi żmien tliet xhur biex il-Parlament jagħmel minn kollox biex isalva r-reputazzjoni ta’ Malta. Skont Delia, dan hu bżonnjuż għax rapport wara ieħor qed jibqa’ jpoġġi lil Malta fost l-aktar pajjiżi korrotti fl-Ewropa.

“Min jaħsad ir-riħ, joħloq riefnu” – Il-PM dwar ir-Rapport tal-GRECO

 “Il-prezz tal-korruzzjoni huwa ta’ €725 miljun fis-sena”

Delia qal li l-prezz tal-korruzzjoni huwa ta’ €725 miljun fis-sena, u li għal dan qed iħallas għalih il-poplu u mhux il-Gvern.

Sarkastikament, Delia qal li tant kemm il-Gvern hu kontra l-korruzzjoni, li l-Ministru Konrad Mizzi, li nqabad bil-kumpanija fil-Panama baqa’ hemm kontra dak li għamlu politiċi f’pajjiżi oħra.

“Kultura fejn kulħadd jagħmel li jrid” – Azzopardi

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li r-rapport GRECO jiddeskrivi kultura ta’ omertà fejn kulħadd jagħmel li jrid. Fakkar fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li “nqatlet fi qtil ippjanat”.

Huwa qal li l-GRECO hija istituzzjoni esperta u taqa’ taħt il-Kunsill tal-Ewropa, li ħarġet ir-rapport sena qabel ma kien suppost li joħroġ, u li ħareġ bi kliem ta’ kundanna li jħammar wiċċ il-Maltin.

Azzopardi qal li l-GRECO kkonfermat li l-Partit Nazzjonalista qiegħed fis-sewwa, għax kull rapport fuq Malta qed jagħti raġun lill-Oppożizzjoni.

“Rapporti b’konklużjoni li f’Malta l-liġi ma tgħoddx l-istess għal kulħadd” – Busuttil

Simon Busuttil qal li dan ir-rapport huwa l-aħħar wieħed minn sensiela ta’ rapporti dwar Malta li jinkludu rapporti mill-Parlament Ewropew, il-Kumissjoni Ewropea, Transparency International, il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-Kummissjoni Venezja, “li kollha waslu għall-istess konklużjoni li f’Malta l-liġi ma tgħoddx l-istess għal kulħadd”.

Bl-istess mod, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius qal li mhix biss l-Oppożizzjoni li ġibdet l-attenzjoni tal-Gvern dwar is-sitwazzjoni f’Malta.

Fisser li l-Oppożizzjoni hija wieħed minn għaxar sorsi li ħarġu dikjarazzjoni kontra l-aġir tal-Gvern, li jinkludu r-rapport tal-GRECO, il-Kummissjoni Venezja, il-Moneyval, il-Parlament Ewropew, bosta deċiżjonijiet tal-Qorti Maltija, l-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta, Transparency International, u diversi editorjali fil-gazzetti tat-Times, tal-Maltatoday u tal-Independent.

The post Delia jipproponi twaqqif ta’ kumitat parlamentari “biex isalva lil Malta” appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here