Home Net News Bint Dom Mintoff toġġezzjona għall-estensjoni tal-Università tal-Ġordaniżi f’Bormla

Bint Dom Mintoff toġġezzjona għall-estensjoni tal-Università tal-Ġordaniżi f’Bormla

3
0
SHARE
Advertisement

Yana Mintoff, bint l-eks mexxej Laburista Dom Mintoff, ressqet oġġezzjoni kontra l-privatizzazzjoni ta’ spazju pubbliku li qed jingħata lill-Ġordaniżi biex jibnu università f’Bormla.

Dan wara li fl-aħħar jiem sar magħruf li l-investituri barranin se jkomplu jespandu l-proġett billi jieħdu iktar art pubblika, inkluż biex jiżdied sular, jinbnew tliet binjiet oħra kif ukoll binja residenzjali.

Yana, li fl-2013 kienet kandidata tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali, illum-il ġurnata tokkupa l-kariga tal-Forum Komunità Bormliża.

Fil-protest tagħha quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, Yana Mintoff tikkritika lill-awtoritajiet li ma kkonsultawx lir-residenti u ma tawx każ il-bżonnijiet tagħhom.

Sadattant anke l-ġirien, l-Isla, qed joġġezzjonaw għal dan il-proġett bis-Sindku Giuseppe Casha li nnota li l-problemi fl-inħawi se jiżdiedu għal livelli bla preċedenti.

Il-Kunsill Lokali qed jitlob li nofs il-parkeġġ li se jsir bħala parti minn dan il-proġett ikun jista’ jintuża mis-Senglejani.

The post Bint Dom Mintoff toġġezzjona għall-estensjoni tal-Università tal-Ġordaniżi f’Bormla appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here