Home Newsbook Avviżi Komunitarji t-Tlieta 16 ta’ April

Avviżi Komunitarji t-Tlieta 16 ta’ April

8
0
SHARE
Advertisement

  • Sal-Hadd 26 ta’ April ic-Chinese Cultural Centre b’kollaborazzjonali mal-Malta Martial Arts Association qed tistieden f’Malta zewg instructors maghrufa cinizi li se jkunu Malta biex jaghtu Master Classes f’din l-arti marzjali. Min jixtieq jattendi ghal dawn il-klassijiet, li se jsiru f’diversi lokalitajiet madwar huwa mitlub icempel lil Adrian Axisa – President tal-Malta Martial Arts Association fuq 99256363 jew 99442935.
  • Tnedija tal-ktieb ‘Il-Banda San Gorg ta’ Bormla u grajjietha’ ghada l-Erbgha 17 ta’ April fis-7.30p.m. fis-sala Marija Immakulata Palazz Paolino Vassallo, mil-Banda San Gorg ta Bormla. Taht it-tmexxija  tas-Surmast Etienne Spiteri.
  • Philosophy Sharing Malta javzaw li ser jibda it-tielet kors ghas sena 2019. ‘Fidi u Xjenza’ kull nhar ta’ tnejn sa 13 ta’ Mejju fil-Valletta Voluntary Centre. Kulhadd mistieden.
  • Qari, talb u meditazzjonijiet biblici marbuta mar-rakkonti tal-passjoni u l-mewt ta’ Gesu minn Fr Martin Micallef Kapuccin, fil-knisja parrokkjali ta’ San Gwann illum  t-Tlieta 16 ta’ April fis-7.00p.m.
  • Il-Kumpanija Teatrali Dumnikani Beltin tipprezenta ‘Faxex’ kitba ta’ Etienne Micallef taht id-direzzjoni ta’ Frankie Micallef millum u l-Erbgha 17 ta’ April fis-7.15p.m., u l-Gimgha 19 ta’ April fid-9.30a.m. fis-Sala San Duminku il-Belt. Ghal aktar informazzjoni cemplu lil Joe Zammit fuq 9945 1909.
  • Nhar il-Ġimgħa il-Kbira, bejn il-5.00 pm u t-8.00 pm, il-ġnien ta’ Dar il-Ħanin Samaritan, Santa Venera, se jkun miftuħ għal kulħadd, biex wieħed jiġi għall-mument ta’ riflessjoni u talb personali. Inti mistieden ukoll.
  • Golgota – wirja ta’ sett statwi mahduma fuq tal-belt f’135, Triq San Duminku il-Belt. Illum u l-Erbgha 17 ta’ April bejn 4-8p.m. Hamis ix-Xirka bejn 4p.m. u nofs il-lejl, nhar il-Gimgha l-Kbira mis-7a.m. sa nofs inhar.
  • Wirja ta’ vari tal-Gimgha l-Kbira minn Carmelo Camenzuli f’58, Oratorju Marija Immakulata, Triq it-Torri,  il-Mosta, fuq disinn ta’ Pierre Darmanin, mahduma mil-artist Noel Cauchi. Hinijiet ta’ ftuh mit-Tnejn sas-Sibt mil-5.30 sa 8.30p.m. Hdud u festi 10 sa nofs inhar u bejn l-4 u d-9 ta fil-ghaxija. Ghal aktar informazzjoni cemplu 2143 4278 jew 9984 4028.
  • Wirja ta Arti Sagra, mudell ta’ knisja 339, Triq il-Merhba, il-Fgura, millum sat- 18 ta’ April bejn is-6.00p.m. u l-10.00p.m. Nhar il-Gimgha l-Kbira mit-8.00a.m. sa 1.00pm.
  • Għall-31 sena konsekuttiva il-MUSEUM Subien tan-Nadur qed jerġa’ jtella l-Mejda tal-Appostli msejħa “Iċ-Ċena tas-Sinjur Ġesu’”.  Wieħed jista’ jgawdi din ir-rapprezentazzjoni bibblika permezz ta’ ħmistax-il statwa ‘lifesize’ xogħol l-Artist Naduri James Azzopardi. Qed jitqassam ukoll tifkira fost il-viżitaturi li jżuru din il-wirja. Ftuh sal-Ġimgħa l-Kbira bejn 9.30a.m. u 11.30p.m. u bejn 3.00p.m. u 7.00p.m.Tinfetaħ ukoll filgħodu għal gruppi li jkunu qed iżuru Għawdex. Ghal aktar informazzjoni ċemplu fuq 21555297 jew 99866777.
  • Wirja ta’ sett vari artistici tal-Gimgha l-Kbira, mahduma fuq tal-Belt, Valletta. 135, Triq San Duminku il-Belt, min Deemer Micallef, Adrian Galea u Duminku Briffa. Hinijiet: 16 u 17 ta’ April bejn 4.00 u 8.00p.m. il-Hamis 18 ta’ April bejn 4 u 11.00p.m. u il-Gimgha l-Kbira 19 ta’ April mis-7a.m. sa nofs inhar.
  • Il-Fondazzjoni OASI tistiednek ghal tahdita min Dr JosAnn Cutajar dwar Pagi ghal Hajja Dicenti illum it-Tlieta 16 ta’ April bejn il-11.00 u nofs in-nhar, f’5, Triq Wied Sara Victoria Ghawdex.  Ghal aktar informazzjoni cemplu 2156 3333 jew billi tibghatu email prevention@oasi.org.mt mhux aktar tard mil-Gimgha 12 ta’ April.
  • Il-Kummissjoni Nisa fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza is-Seba’ Visti nhar Ħamis ix-Xirka 18 ta’ April, fil-Kottonera. Trasport ser jitlaq mill-Pjazza ewlenija tal-Imqabba immedjatament wara l-Funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka fit-8.00pm. Waqt din l-attivita’ ser ikollna l-opportunita’ li nżuru wirjiet u attivitajiet oħrajn b’rabta mal-Ġimgha l-Kbira. Bookings isiru fuq 79539542 u aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com
  • Ta’ kull sena, gruppi ta’ Maltin u Għawdxin iżuru l-Bażilika ta’ Marija Bambina fix-Xagħra (Għawdex), biex igawdu l-vari tal-Ġimgħa l-Kbira, fil-Gimgha Mqaddsa. Biex ngħinu lill-viżitaturi jifhmu aħjar dak li jkunu qed jaraw, il-parroċċa qed toffri servizz mingħajr ħlas,  ta’ gwida fil-knisja. Għaldaqstant, dawk il-persuni li jorganizzaw il-mawra, kif ukoll gruppi oħra li jixtiequ jużaw is-servizz ta’ gwida, huma ġentilment mitluba jċemplu lil Karmenu Teuma fuq 79067208.

The post Avviżi Komunitarji t-Tlieta 16 ta’ April appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here