Home Net News Liġi li ma tfisser xejn jekk ma jkunx hemm infurzar

Liġi li ma tfisser xejn jekk ma jkunx hemm infurzar

9
0
SHARE
Advertisement

Il-liġi kontra l-moħqrija tal-annimali ssir għaxejn jekk din mhux se tkun infurzata. Filwaqt li radd ħajr lill-ħaddiema tal-Annimal Welfare għax-xogħol li jagħmlu, id-deputat Nazzjonalista Mario Galea saħaq li għandu jkun hemm aktar taħriġ għal persuni li jaħdmu mal-annimali. Qal li dawn huma persuni li jagħmlu xogħolhom sew għax vera jħobbu l-annimali. Madankollu hemm ftit persuni li qegħdin hemm bi żball.

Meta kien qed jitkellem fuq l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, li jinsab fl-istadju tat-Tieni Qari, d-Deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li dan l-abozz jikkonċerna l-irbit tal-klieb, fejn huwa simili għal dak li kien ressaq hu bħala “private members bill” fl-2015.

Qal li l-Oppożizzjoni taqbel ma’ din il-liġi u li fiha wkoll miżuri biex jiżdiedu l-pieni għal min jinstab ħati ta’ moħqrija tal-annimali. Tenna li filwaqt li l-PN qed jaqbel ma’ din il-liġi, l-problema prinċipali hija n-nuqqas ta’ infurzar mill-annimali welfare, fejn sfortunatament  hemm nuqqas ta’ nies imħarrġa u nuqqas ta’ apparat adekwat.

Galea qal li huwa inutli li l-liġi tagħti dritt ta’ konfiska ta’ annimali maħqura għax annimali maħqura qed jitħallew għand is-sid, għax il-Gvern la għandu post u l-anqas riżorsi umani biex jieħu ħsieb annimali konfiskati. Dawn il-liġijiet huma skuża komda li l-Gvern jgħid li qed iwettaq il-wegħdiet elettorali tiegħu, imma fejn jidħol infurzar tal-liġijiet għad hemm problemi kbar.

Galea qal li żgur li f’dan l-abbozz huwa mhux se jkun partiġġjan u qal li hu s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri ħadmu flimkien u sa kellhom diskussjonijiet informali. Qal li mportanti l-kritika kostruttiva, liġi li hemm qbil dwarha anke fir-rigward taż-żieda fil-pieni meta tidħol moħqrija.

“Bħala Gvern u Oppożizzjoni fejn jidħlu l-annimali, jien miegħek, għax finalment Gvern u Oppożizzjoni għandha l-istess għan li nieħdu ħsieb l-annimali,” qal il-Kelliem.

Mario Galea faħħar il-kontribut li qed jagħti d-Direttur tal-Annimal Welfare, Noel Montebello li qed jipprova jaħdem b’li għandu u jidher ukoll li għandu relazzjoni tajba mal-NGO’s. Sfortunatament qabel ma daħal Montebello ma kienx dejjem il-każ. Dwar il-ħaddiema tal-Annimal Welfare, il-kelliem qal li hemm mhux post tal-“blue eye boys” w anqas ta “red eye boys”.

Mhux kulħadd hu tajjeb ghal dan il-post. Il-kelliem qal li l-ħaddiema jridu jħabbtu wiċċhom ma kull tip ta annimali inkluż sriep velenużi, jew aħjar annimali eżotiċi. Annimali li qatt ma kellna Malta w illum daħlu w allura għandhom bżonn taħriġ. 

Tkellem ukoll dwar il-Veterinary Nurses MCAST w ohrajn esperjenza twila ta snin. Dawn jifmhu u għandhom jikkontribwixxu u jistgħu jgħinu u jidħlu jaħdmu ma’ annimali għax dawn jifhmu u huma mħarrġa u tajbin għax dawn għandhom vokazzjoni. Huwa qal li mhux sew imorru nies li jaħdmu mal-annimal welfare li jaħdmu mal-Gvern diġa, u dan għas-sempliċi raġuni li jkollhom impressjoni li dan huwa “easy job”.

Dwar r-rata ta’ nfurzar il-kelliem qal li hija waħda tal-biki u tikkonferma li dawn il-liġijiet għalkemm b’intenzjoni tajba wisq jibża li ma jiswew xejn. Jew jiswew verament ftit. Hemm bżonn li nsaħħu l-istrutturi fl-infurzar.

Spjega li għax irid ikun leali lejn is-Segretarju Parlamentari, jrid ikun fair. Galea qal li din hija liġi, mhux poeżija, qiegħeda hemm biex tmiss il-qalb imma il-liġi qiegħda hemm għall-min hu bla qalb propjament.

U min hu bla qalb irid issib il-forza tal-liġi. Galea sostna li lil dan mhux nagħtuh twiddiba u nħallu l-annimali maħqura, għax x’jiswa id dritt tal-konfiska meta konfiska ma ssirx għax m’għandhiex fejn npoġġuhom.

L-Animal Welfare mimlijin u mhux dejjem jinżammu f’ċirkostanzi tajbin. Separati. Jistgħu jitjiebu ħafna.  Qal lis-s-santwarji mimlija u m’għandhomx nies. Mhux kwistjoni biss ta spazju imma anki ta manpower u dan commitment ta’ gimgħa kollha.

New Year, Christmas eċċ. M’għandekx off. Spazju forsi jist jgħinhom il-Gvern. Qal li jista’ jkun hemm skema lil għaqdiet volontarji flok ħaddiem wieħed jagħtihom tnejn għax jistgħu jaslu fi stat fejn infittxu is-santwarji u ma nsibuhomx.

Galea qal li imma l-volontieri huma problema kbira. Mario Galea għamel diversi mistqosijiet dwar x’għamlu l-Pulizija fuq dak li ġara mill-qattus f’Għajn Tuffieħa. Staqsa dwar il-karkass biex issir l-awtopsja u kif ma rnexxielhom isibu xejn.

X’ġara fuq il-każ, staqsa b’ċerta passjoni? Li toqtol ferħ ta qattusa bis-swat hu reat, allura hemm bżonn rapport. U x’ investigazzjoni saret? huwa staqsa. F’idejn min kienu l-investgazzjonijiet? Kemm damu ma marru l-Pulizija?

Galea qal li hu kontra u jikkundanna l-“hate speech”, imma mhux sew li nieħdu passi kontra l-“annimal lovers” li kitbu fuq il-Facebook. Harġu liberati. Għalfejn il-Pulizija ma użatx ir-riżorsi tagħha kontra minn qatel il-ferħ. Boycott? Qal li jemmen li ghandu dritt jgħid u jagħżel li f’dak ir-ristorant ma jmurx. Fejn imur, qal jagħżel hu. Dritt tiegħu.

Qal ukoll li jibża li s-sitwazzjoni “is getting out of hands”. Meta Alla ħalaq il-panda u tigra żgur li qatt ma għaddielu minn rasu li se tispiċċa fuq xi bejt jew bitħa  ta’ dar f’nofs il-Fgura. Kif daħlet Malta. Fejn twieldet f’zoo jew inqabdet fil-“wilderness”. Kif giet reġistrata?

Dwar iċ-ċirkli, qal li din hija traġedja ta zoos. Il-ħsejjed. Kif jitpoġġew. Tenna li għandna ġungla f’Malta ta’ annimal zoos. Tenna li annimali reġistrati huma f’riskju li jinqerdu.  Kif daħlu Malta? X’se nagħmlu bihom? Huwa staqsa. Se nħalluhom ifaqqsu u jiżdiedu l-annimali. Qed inħallu l-problema tikber u xi darba irridu niffaċċjaw il-problema.

Tkellem ukoll dwar annimali eżotiċi li qed ifaqqsu f’zoos illegali. U dan kollu qed isir għal kummerċ. Qal li jemmen li l-Pulizija għandha bżonn ta’ annimal crime unit, li tikkonċentra biss fuq hekk, b’nies li għandhom taħriġ adekwat bħal meżżi forensiċi.

Anke l-Pulizija tad-Distrett, la għandhm riżorsi u lanqas ċans li jinvestigaw il-każijiet ta’ moħqija fuq l-annimali. Qal li l-Qrati jridu jkunu sensittivi. Ċerta sentenzi huma insult lejn ix-xogħol tal-annimal welfare u għax-xoghol tal-puluzija.  Hawn ħafna u ħafna “annimal lovers” fi-pajjiż w aħna għandna dritt li naraw li ssir ġustizzja.

Il-kelliem qal li jixtieq jiltaqa’ mal-Kummissarju tal-Annimali. Veru “Red eyed boy”, huwa qal. Għalhekk jistenna u jispera li l-ewwel lealta tiegħu tkun lejn l-annimali.  Tkellem ukoll dwar in-numru ta’ klieb mingħajr ċippa, qal li dawn għandhom jiġun ċekkjati minn “warden” speċjali. Tenna li anke il-qtates għandu jkollhom ċippa.

Galea qal li kif qed jitkellem waslitlu nformazzjoni li reġa’ hawn min qed iġelled il-klieb.  “Jien lest nagħti l–informazzjoni lis-Segretarju Parlamentari jew jgħidlu biex ikellem uffiċjal tal-pulizija. Imma rridu jekk nagħmlu raid u ma nħarsux lejn il-kuluri.  Hemm ta kull lewn politiku li jġelldu l-klieb”.

Galea qal li anke l-Knisja għandha titkellem fuq il-moħqrija tal-annimali. Il-Knisja hija istituzzjoni ta’ ċerta portata u kienet tal-mistħija meta f’Għawdex, kienet organiżżat ġabra, hekk imsejjħa, “to catch a duck”, xi ħaġa li mhux sew fil-konfront tal-annimal.

Mario Galea tkellem dwar il-wegħda elettorali li f’Malta jkun hawn ċimiterju tal-annimali. Hawn ħafna minn dawk li jħobbu l-annimali u jixtiequ li jkun hawn ċimiterju. Min għandu kelb, żgur li għalih ikun sar parti mill-familja.

Huwa qal ukoll kif ma jistax jifhem kif f’Malta hawn annimali li dalwaqt jiġu estinti. Kieku qegħdin f’pajjiżi oħra, dawn jiġu mħarrsa kif suppost, u staqsa kif dawn spiċċaw Malta. Qal li għandu nformazzjoni li f’Marsaxlokk hemm ġemel, li daħal marbut bil-baħar.

Mario Galea qal li reġa’ ġej sajf fuqna. Fl-għaxija hemm bżonn ta’ aktar sigurta li hemm bżonn ghan-nies ukoll. Staqsa kemm qed jiġi ikkunsmat laħam taż-żiemel f’ristoranti, u jinbiegħ u kemm jinqatlu żwiemel il-biċċerija. L-għidut hu rampanti li fil-benniena bejn Ħaz-Żebbuġ u s-Siġġiewi jinqatlu żwiemel b’mod ilegali.

Il-kelliem qal li għandu nformazzjoni li meta żiemel ma jkunx għadu tajjeb għat-tiġrija jifgugħ permezz ta’ borża u jispiċċa f’agunija ta’ madwar seba’ minuti. Huwa staqsa jekk l-Avukat Ġenerali jistax jinvestiga dwar dan fejn jara kemm qed jiġu kunsmati żwiemel.

Il-kelliem tkellem kontra dawk li qegħdin jixtru “electronic collar” biex kull darba li jinbaħ, din tagħtih xokk. Din qeda għal min jgħix f’appartamenti u jixtri dan l-apparat biex inaqqas mill-inbiħ, xin ħaġa li m’għandhiex tkun aċċettata.

Fl-aħħar huwa spiċċa d-diskors tiegħu billi kkwota xi filosfi. IMANUEL KANT FILOSOFU GERMANIZ 

“Min hu krudil ma
animal jispicca ahrax anki fil-mod kif jitrattta ma huti il-bnedemin. Tista tinduna mill-ewwel x’hemm fil-qalb tal-bniedem billi tara kif jitratta animal”. 
 
 

PROFETA MOHAMMED. 

“GEST TA IMHABBA
LEJN ANNIMAL GHANDU MERTU U VALUR DAQS GEST TA IMHABBA LEJN BNIEDEM. IMMA
DAQSTANT IEHOR ATT TA’ KRUDILTA LEJN ANNIMAL HUWA HAZIN U KUNDANNABLI DAQS
ATT TA KRUDILTA LEJN IL-BNIEDEM”.
 

The post Liġi li ma tfisser xejn jekk ma jkunx hemm infurzar appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here