Home Newsbook Tmut oħt il-President Emeritu Eddie Fenech Adami

Tmut oħt il-President Emeritu Eddie Fenech Adami

7
0
SHARE
Advertisement

Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ oħt il-President Emeritu Eddie Fenech Adami, Marion Fenech Adami.

Id-Deputat Beppe Fenech Adami ħabbar dan permezz ta’ messaġġ fuq Facebook fejn sostna li Marion kienet verament pilastru tal-familja. Qal li l-funeral tagħha se jsir għada, fit-8.30am fil-Bażilika ta’ Santa Elena f’Birkirkara.

Intant, l-Ewroparlamentari David Casa ta l-kondoljanzi tiegħu lill-familja Fenech Adami. Qal li fl-aħħar snin kellu pjaċir li jsir jaf lil Marion u qal li kienet tirrakkontalu stejjer ta’ meta kienet l-għalliema tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. Sostna li kienet persuna ġentili u b’qalbha tad-deheb.

The post Tmut oħt il-President Emeritu Eddie Fenech Adami appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here