Home One News The Times takkuża lill-midja tal-PN bi storja “falza u diżonesta”

The Times takkuża lill-midja tal-PN bi storja “falza u diżonesta”

11
0
SHARE
Advertisement

Il-kumpanija Allied Newspapers li tippubblika l-gazzetta The Times of Malta u The Sunday Times of Malta akkużat lill-midja tal-Partit Nazzjonalista bi storja falza u diżonestà.

Fi stqarrija, id-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija Michel Rizzo ċaħad sensiela ta’ allegazzjonijiet li ġew ippubblikati l-Ħadd fil-ġurnal il-Mument.

Qal li dak li ġie allegat fl-istorja huwa fabbrikazzjoni u spekulazzjoni mill-bidu sal-aħħar. Qal huwa tabilħaqq tal-mistħija li l-midja Nazzjonalista mmexxija minn Pierre Portelli, qed tirrapporta b’mod skorett u ħarġet tattakka ġurnaliżmu indipendenti u investigattiv.

Il-Mument bagħtet ukoll mistoqsijiet lill-ġurnalist ta’ The Times u talbitu biex jippubblika d-dettalji tax-xogħol tiegħu, fosthom is-sorsi li ltaqa’ magħhom.

Fl-editorjal ta’ The Times ingħad li l-Partit Nazzjonalista qed jonqos milli jifhem id-differenza bejn kumpanija privata u partit politiku u ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn il-midja indipendenti u mezzi ta’ propaganda.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here