Home One News Sistemi biex iktar tfal jitħarrġu fil-kitba u fil-qari

Sistemi biex iktar tfal jitħarrġu fil-kitba u fil-qari

7
0
SHARE
Advertisement

Qed noħolqu sistemi u programmi biex permezz tagħhom nilħqu tfajliet u ġuvintur biex b’hekk itejjbu l-ħila tagħhom fil-kitba u fil-qari.

Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt żjara fil-Kulleġġ San Injazju f’tal-Ħandaq f’Ħal Qormi għall-programm ‘Għidli Storja’.

Programm li hu mtella’ mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu mmirat għat-tfal biex jitħarrġu fil-ħila tat-taħdit u s-smigħ permezz tal-irrakkontar tal-istejjer.

Għal dan il-programm attendew 150 student u studenta minn sitt skejjel differenti tal-istat sabiex jitħarrġu fosthom fil-ħila tat-taħdidiet.

F’dan il-programm l-istudenti jirċievu t-taħriġ minn persuna internazzjonali bl-isem ta’ Chip Colquhoun li hu l-istoryteller uffiċjali għal Oxford Reading Tree fejn joffri programmi simili fi tmien pajjiżi.

David Muscat mill-Aġenzija Nazzjonali għal-Litteriżmu qal kif bħalissa qed jiġu offruti tliet settijiet ta’ programmi biex fost oħrajn jilħqu anke tfal b’ħiliet differenti. Spjega kif s’issa sar investiment ta’ €1.2 miljun f’kotba fejn tqassmu fil-klassijiet tal-iskejjel primarji.

Il-Ministru Evarist Bartolo tkellem dwar l-importanza tal-ilsien Malti u kif għandna nipproteġuh. Spjega kif għandha tiġi ntrodotta liġi li tħares l-ilsien Malti. Qal kif bħalissa l-Gvern qed jaħdem biex jinħoloq iċċekjatur għall-lingwa Maltija u kif apparti minn hekk għandha ssir ħidma fuq Wikipedia biex l-ilsien Malti nkomplu nħaddmuh.

Il-Prim Ministru qal kif l-iċċekjatur hu għodda siewja li tħeġġeġ aktar nies jużaw l-ilsien Malti. Qal kif dan l-investiment magħruf bħala ‘My Journey’ hu wieħed ta’ vjagg u mhux ta’ restrizzjoni.

Spjega kif dan l-investiment qed isir fl-iskejjel biex b’hekk ir-rata ta’ suċċessi tat-tfajliet u ġuvintur tkompli togħla.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here