Home Net News Punt kull wieħed f’logħba xotta mill-azzjonijiet

Punt kull wieħed f’logħba xotta mill-azzjonijiet

3
0
SHARE
Advertisement

SLIEMA WANDERERS………………. 0 SENGLEA ATHLETIC …………….. 0

Sliema: T.
Aquilina, A. Muscat, N. Ashong (M. Sansone 73’), K. Shaw, S. Biancardi, C.
Pani, M. Scerri, M. Muchardi, R. Fenech (J. Mintoff 88’), Y. Marzouk, I. Varela

Senglea A.: M.
Farrugia, G. Leyton, Z. Cassar, A. Mrsulja, M. El Sidqy, D. Venancio, M.
Garcia, L. Grech (M. Bartolo 92’), K. Cutajar (B. Schembri 79’), T. Marukawa,
Romulo

Imwissija: C.
Pani 4’, A. Muscat 23’, S. Biancardi 80’, K. Shaw 83’ (Slm), G. Leyton 56’, M.
Garcia 66’, Z. Cassar 68’ (Sng)

Referee: Etienne Mangion

Assistenti Referees: Edward Spiteri, Darko Stankovic

Il-Nazzjon Plejer tal-logħba: D. Venancio (Senglea Athletic)

Rapport: George Cassar

Sliema Wanderers u Senglea Athletic ftit li xejn ħolqu opportunitajiet biex isibu x-xibka u baqgħu ma fetħux l-iskor sal-aħħar. Bil-punt li ħadu, Sliema laħqu lil Ħamrun Spartans hekk kif it-taqtigħa għar-raba’ post, li tista’ tfisser parteċipazzjoni fl-Europa League, jidher li se tibqa’ għaddejja sal-aħħar ġurnata tal-kampjonat.

Il-ġimgħa d-dieħla l-Wanderers iridu jilagħbu
konfront dirett ieħor għar-raba’ post kontra Balzan filwaqt li fl-aħħar logħba
jkun fadlilhom jilagħbu kontra Pietà Hotspurs.

Min-naħa l-oħra Senglea issa tbiegħdu b’ħames punti mit-tim ta’ tnax-il
post ta’ St. Andrews. Madankollu s-Sengleani għadhom mhux matematikament
meħlusa mill-play-off tar-relegazzjoni hekk kif il-kalendarju tagħhom sal-aħħar
tal-kampjonat huwa wieħed diffiċli minħabba li jonqoshom jilagħbu kontra
Hibernians u Birkirkara.

Qabel ma bdiet il-logħba, il-plejer ta’ Sliema Ryan Fenech ġie ppreżentat
bil-flokk bin-numru 300 li jindika n-numru ta’ logħbiet tiegħu fil-kampjonat
Premier.

Senglea kienu l-aħjar fl-ewwel taqsima fejn kienu spiss fuq l-offensiva
iżda xorta ma rnexxielhomx jikkonkludu wisq. Fit-tieni taqsima Sliema daħlu
iktar fil-logħba li saret iktar bilanċjata iżda xorta waħda ħadd minnhom ma
għamel biżżejjed biex jikseb it-tliet punti. Senglea kienu mingħajr l-aħjar
skorer tagħhom Augusto Caseres li postu bħala attakkant prinċipali ħadu Romulo
Silva.

L-iktar azzjoni perikoluża tal-ewwel taqsima kienet tal-Isla meta Taisei
Marukawa, minkejja li kien fi spazju ristrett, evita lil Kurt Shaw, lil Stefano
Biancardi u kważi anki lill-gowlkiper Timothy Aquilina, iżda l-konklużjoni
tiegħu ħabtet max-xibka minn barra.

It-tieni taqsima żvolġiet f’ħafna logħob f’nofs il-grawnd u kien fl-aħħar
kwarta li kien hemm konklużjoni perikoluża fuq kull naħa. Fis-77 minuta Younes
Marzouk fetaħ lejn Ignacio Varela li b’xutt minn barra l-kaxxa kkonkluda għoli.
Erba’ minuti mit-tmiem kien hemm freekick perikoluż mill-plejer tal-logħba
Diego Venancio li mar barra bi ftit.

Fit-tieni minuta tal-ħin miżjud Younes Marzouk ġie qrib il-gowlkiper
Matthew Farrugia, iżda dan irnexxielu jimblokka f’korner biex b’hekk żamm lil
Senglea imbattibbli għar-raba’ logħba konsekuttiva u kompla kabbrilhom
it-tamiet li jsalvaw posthom fil-Premier għat-tieni staġun konsekuttiv.

The post Punt kull wieħed f’logħba xotta mill-azzjonijiet appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here