Home Net News Nirien jaħkmu parti mill-Katidral Notre Dame

Nirien jaħkmu parti mill-Katidral Notre Dame

17
0
SHARE
Advertisement

Parti mill-Katidral Notre Dame ta’ Pariġi nħakmet min-nirien, bi dħaħen qawwija jidhru jgħattu dan il-monument internazzjonali.

Kelliem għall-Kunsill ta’ Pariġi spjega li ż-żona kienet qed tiġi evakwata, bid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għaddej b’operazzjoni maġġuri biex in-nirien ikunu kkontrollati mill-aktar fis possibbli.

Għadu mhux ċar x’wassal għal dawn in-nirien, b’rapporti fil-media Franċiża qed jgħidu li l-awtoritajiet lokali qed jitrattaw il-każ bħala wieħed aċċidentali.

The post Nirien jaħkmu parti mill-Katidral Notre Dame appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here