Home Net News Ma jafx jgħid kemm-il pensjoni tħallset mill-barranin

Ma jafx jgħid kemm-il pensjoni tħallset mill-barranin

2
0
SHARE
Advertisement

Minkejja
l-istrategija ekonomika tal-Gvern tiegħu, li l-pensjonijiet qed joħorġu
bis-saħħa tal-barranin li qed jgħixu f’pajjiżna, il-Prim Minisru u Mexxej
Soċjalista Joseph Muscat mhux kapaċi jikkwantifika kemm-il pensjoni tħallsu
grazzi għal din is-sistema.

Minflok, qed jipprova jdawwar kliemu stess. Għax minkejja li ftit tal-ġimgħat ilu, Muscat innifsu qal li min ma jridx barranin f’pajjiżna qisu ma jridx il-pensjoni.

Meta
mistoqsi darba darbtejn, hu baqa’ jinnega u mistieden biex jara l-filmati
mxandra diġà minn NET News, ipprova jirredikola billi qal li m’għandux ċans
jara l-aħbarijiet għax ikollu x’jagħmel.

Għaldaqstant, se nerġgħu nxandru l-clip kollha fl-intier tagħha.

B’hekk, forsi Muscat ikun f’pożizzjoni jiċċara kemm-il pensjoni tħallset lill-anzjani Maltin u Għawdxin grazzi għall-intervent ekonomiku tal-barrnain li qed jiġu f’pajjiżna.

The post Ma jafx jgħid kemm-il pensjoni tħallset mill-barranin appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here