Home One News ‘L-Oppożizzjoni rriġettat l-argumenti kollha li għamlet kontra Malta’ – il-PM

‘L-Oppożizzjoni rriġettat l-argumenti kollha li għamlet kontra Malta’ – il-PM

5
0
SHARE
Advertisement

Ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista għad-dikjarazzjoni ta’ membru parlamentari ewropew sabiex jiġi skattat artiklu 7 fil-konfront ta’ Malta, hija minnha nnifisha ammissjoni ta’ riġettazzjoni ta’ dak kollu li ntqal fil-konfront ta’ Malta għal diversi snin minn esponenti Nazzjonalisti.

Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt stqarrija Ministerjali fil-Parlament iktar kmieni llum waqt diskussjoni dwar ir-rapport Greco.

“Ġejna f’sitwazzjoni hawnekk fejn dikjarazzjoni tal-Oppożizzjoni stess hemm fil-fehma tiegħi mod dirett ammisjoni ta’ riġettazzjoni ta’ dawk l-argument u allura minnha nnifisha case closed għaliha,” qal il-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru Muscat qal li l-Ewroparlamentari Giegold ssuġerrixxa li jiġi skattat artiklu 7 fil-konfront ta’ Malta wara li għal snin twal sema’ esponenti tal-Parit Nazzjonalista jħammġu isem pajjiżna.

“L-argument kollha li uża dan l-MEP huma l-argument li ġew mitmugħha lilu kelma b’kelma minn esponenti minn parti mill-Oppożizzjoni. Li kieku jkunu  veru dawk l-argumenti, il-mod ta’ kif pinġew lill-pajjiżna huwa ovju li jkun hemm artiklu 7,” kompla jgħid il-PM.

Artiklu li l-Prim Ministru qal jkun ta’ detriment enomi għall-pajjiżna hekk kif ost oħrajn l-effetti tiegħu jinkludu t-tneħħiha tad-dritt tal-vot u l-fondi ewropej.

“Jfisser li Malta ma jkolliex iktar dritt tal-vot fil-fora ewropej, li jkollna fondis sospiżi,” qal Dr. Muscat.

Madankollu r-reazzjoni tal-istess esponenti nazzjonalisti minkejja l-aġenda tagħha li tħammeġ isem Malta kienet kontra dan l-artiklu

“Mela imbgħad toħroġ l-Oppożizzjoni tgħid li ma naqblux li jkollna Artiklu 7,” saħaq il-Prim Ministru.

Fit-tmiem tad-diskors tiegħu l-Prim Ministru saħaq li minkejja r-riformi li saru f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin xorta għad fadal ħafna x’isir.

“Jien l-ewwel wieħed ngħid, is-sistema tagħna fadlilha ħafna x’itejjeb u x’titjieb.Nemmen li r-riformi li għamilna bħala Gvern kienu riformi mportanti imma huma biss parti minn proċess,” temm jgħid Dr Muscat.

Intant matul l-istess stqarrija ministerjali l-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-parteċipazzjoni tiegħu fil-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew fejn fiha ġiet estiża d-data għal Brexit.

Filwaqt li spjega kif ir-Renju Unit irid jingħaqad sabiex jasal għal deċiżjoni dwar Brexit, il-Prim Ministru ħabbar li audit estern li sar ftit iktar minn xahar ilu kkonferma li Malta tinsab mħejjiha tajjeb għal kull eventwalitá.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here