Home Net News Kif qed iħejji s-settur tan-negozji l-Gvern dwar Brexit?

Kif qed iħejji s-settur tan-negozji l-Gvern dwar Brexit?

5
0
SHARE
Advertisement

Meta kien qed jitkellem
dwar Brexit il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li hemm erba’
possibilitajiet dwar il-ħruġ “o meno” tal-Ingilterra mill-Unjoni Ewropea. Huwa
tkellem dwar l-inċertzzi għan-negozji tagħna u kif se nirreaġixxu, ikun xi jkun
il-każ.

Delia qal li huwa tkellem
ma’ diversi operaturi fin-negozju dwar dan fejn fosthom qal li ħafna minnhom
investew u għadhom jinvestu ma’ dan il-pajjiż. Hemm min minnhom qed isiefer
biex ukoll jarav x’inhija l-pożizzjoni ħalli jiskopru x’se tkun l-aħjar
direzzjoni.

Il-Kap Nazzjonalista qal
kemm il-Gvern qed jinforma u jekk hux jikkunsdira xi pakkett ta’ inċentivi għal
dawk li s-suq tagħhom jiddependi mir-Renju Unit. L-għajnuna hija mportanti u
anke informazzjoni mid-dipartiment u anke nformazzjoni mill-Gvern għandha tkun
siewja għan-negozjanti kemm żgħar u dawk mhux ħafna żgħar.

Delia ukoll semma l-issue
tal-propjeta’. Anke hawn wieħed irid jara x’direzzjoni rridu nieħdu speċjalment
jekk l-Ingilterra toħroġ mir-Renju Unit bla ftehim. Dawk li għandhom xi forma
ta’ kirja f’Malta u li anke għamlu xi konvenju li dejjem imxew skont il-prassi
tal-Unjoni Ewropea.  Il-ħruġ ordnat
tal-Ingilterra kien qed jifforma ċerta serħan, imma issa wieħed qed jistaqsi x’se
jiġri. Qal li rridu għalhekk nagħtu ċertezza fuq il-kuntratti li qegħdin isiru.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni
qal ukoll jekk il-Gvern għandux jagħmel lista ta’ prioritajiet biex iservu ta’
gwida aħjar. Tkellem ukoll dwar is-servizzi mediċi, kemm dawk li jiġu Malta
mill-Ingilterra, kif ukoll dawk li l-Maltin jużaw fl-Ingilterra. Staqsa jekk
hemm xi pjan biex wieħed iħares il-futur li jkun b’saħħtu, u x’arranġamenti
qegħdin isiru u anke dwarn is-serħan tal-moħħ tal-istudenti li jmorru
l-Ingilterra.  Il-Kap tal-Oppożizzjoni
staqsa kif qed jippreparaw ruħhom entitajiet bħal Ministeru tas-Saħħa,
l-Awtorita’ tal-Mediċina u jekk ġewx identifikatio oqsma ta’ priorita’.

Tkellem ukoll David
Stellini dwar Brexit fejn qal li huwa faħħar il-Gvern meta kellu l-Presidenza
tal-Unjoni Ewropea u tkellem dwar dak li rrappurtat il-gażżetta influwenti
Franċiża Le Monde, li l-Prim Ministru Malti jaqbel li estensjoni ta’ Brexit
m’għandhiex tkun aktar tard mill-21 ta’ Ġunju. Huwa minnu li jekk ikollok “time
frame” tonqos l-inċertezza. Pero qal Stellini l-Maltin li jgħixu hemm iridu
jkunu jafu x’se tkun il-pożizzjoni tagħhom, u qal ukoll li l-Prim Ministru
Malti jidher li allenja ruħu mal-Partiti Soċjalisti tal-Unjoni Ewropea biex
Brexit ma jtawwalx sa Ottubru.

Tkellem ukoll id-Deputat
Nazzjonalista Mario Galea li rringrazzja lill-Prim Ministru dwar l-aġġornament
i fuq Brexit, staqsa dwar l-isptarijiet fl-Ingilterra f’dak li għandu x’jaqsam
ma’ professjonisti Maltin li jaħdmu hemm. Staqsa bi ftehim jew le, x’se jiġri
anke “long term”.

Herman Schiavone qal li
jaqbel li r-Renju Unit jista’ jitlaq mill-UE bla ftehim u staqsa jekk
il-preparamenti minn naħa ta’ Malta għadhomx għaddejjin in “full swing”. Qal
ukoll li l-Gvern Ingliż għamel kalkoli fuq kemm se tkun tiswieh li jitlaq bla
ftehim, u jekk għamilx l-istess kalkoli l-Gvern Malti fuq l-impatt ta’ Brexit
għal Malta.

The post Kif qed iħejji s-settur tan-negozji l-Gvern dwar Brexit? appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here