Home Newsbook Inawgurata l-Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Pulizija

Inawgurata l-Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Pulizija

8
0
SHARE
Advertisement

Ġiet inawgurata l-wirja tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija  mill-Kummissarju s-Sur Lawrence Cutajar u l-Kap Eżekuttiv s-Sur Angelo Gafà.

L-esebizzjoni mtellgħa mill-membri tal-Korp tikkonsisti minn rappreżentazzjoni simbolika u tradizzjonali tal-Aħħar Ċena flimkien ma’ kwadri magħmulin mill-melħ forst oħrajn

Il-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku sal-Erbgħa 17 ta’ April mit-8.00 am sas-1.00 pm u mill-4.00 pm sat-8.00 pm.

F’Ħamis ix-Xirka l-wirja tiftaħ bejn it-8.00 am u nofsillejl, filwaqt li fil-Ġimgħa l-Kbira l-wirja tiftaħ mit-8.00 am sal-5.00 pm. Nhar Sibt il-Għid il-wirja tkun miftuħa bejn it-8.00 am u s-1.00 pm u mill-4.00 pm sat-8.00 pm u f’Ħadd il-Għid tkun miftuħa bejn it-8.00 am u nofsinhar.

The post Inawgurata l-Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Pulizija appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here