Home One News Il-Gvern jibda bix-xogħlijiet wara li għal bosta snin ma sar xejn biex...

Il-Gvern jibda bix-xogħlijiet wara li għal bosta snin ma sar xejn biex jissewwew it-toroq f’San Pawl il-Baħar

8
0
SHARE
Advertisement

Għal darb’oħra kellu jkun il-Gvern li jagħti widen lir-residenti, lill-ħaddiema u lin-negozjanti ta’ San Pawl il-Baħar, b’mod speċjali l-inħawi ta’ Buġibba u l-Qawra, fejn 17-il triq bdew għaddejjin minn xogħlijiet estensivi ta’ tiswija favur sigurtà u kwalità aħjar.

It-toroq jinkludu Triq Isourd, Triq Toni Bajada, Triq Ċensu Tanti, Triq iċ-Ċagħaq, Triq l-Ibħra, Triq il-Ġifen, Triq Sant’ Antnin, Triq il-Ħalel, Triq iċ-Ċern, Triq is-Sajjieda, Triq J. Quintinus, Triq Annetto Caruana, Triq il-Port Ruman, Triq il-Maskli, Triq l-Imħar, Dawret il-Gżejjer u Triq ir-Ramel.

Wara li għal snin twal il-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar, minkejja li kellu l-fondi u riżorsi, qatt ma ħa azzjoni sabiex jirranġa dawn it-toroq li tħallew mitluqa sa ma waslu fi stat gravi, dan il-Gvern ħa d-deċiżjoni li juża dawn l-istess fondi sabiex jagħmel tiswija fuq dawn is-17-il triq għal ġid ta’ dawk kollha li jgħixu u jaħdmu f’dawn it-toroq. Dan hekk kif huwa gvern li jagħraf li kulħadd jixraqlu toroq li huma siguri u ta’ kwalità aħjar.

Fuq kollox dan huwa l-istess gvern li permezz ta’ Infrastructure Malta qiegħed iwettaq il-programm nazzjonali tat-toroq residenzjali b’investiment ta’ €700 miljun, investiment li jinkludi fih numru sostanzjali ta’ toroq importanti f’din il-lokalità. Fost dawn, bħalissa għaddej ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid fuq Triq il-Luzzu, Triq it-Turisti u Triq Għawdex filwaqt li dalwaqt tibda l-ħidma fuq Triq San Pawl. Bħala parti minn dan il-programm, tħabbru numru ta’ toroq oħra li se jsirilhom xogħol estensiv ta’ bini mill-ġdid, li jinkludu Triq Ibħra, Triq il-Mistrieħ, Triq Ċensu Tanti, Triq il-Ġifen, Triq Annetto Caruana, Triq Paderborn u Triq Sir Luigi Preziosi, li jiffurmaw parti minn lista ta’ toroq li għaddejja mll-proċess tat-tender.

“Il-gvern ma setax jibqa’ jistenna li jittieħdu deċiżjonijiet mill-Kunsill Lokali ta’ din il-lokalità fejn għal għexieren ta’ snin dawn baqgħu qatt ma ttieħdu. Ma stajniex nibqgħu nistennew li toroq tant gravi ssirilhom tiswija temporanja minn ħaddieħor sakemm jasal il-waqt li dawn jinbnew mill-ġdid bħal toroq oħra. Kommessi li nkomplu nieħdu aktar deċiżjonijiet favur kwalità tal-ħajja aħjar għar-residenti kollha ta’ pajjiżna,” qal il-Ministru Ian Borg.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here