Home Newsbook Id-Dwana tagħmel sejba oħra ta’ 90kg kokaina minn 3 kontejners

Id-Dwana tagħmel sejba oħra ta’ 90kg kokaina minn 3 kontejners

6
0
SHARE
Advertisement

Id-Dipartiment tad-Dwana għamel sejba kbira ta’ 76 pakket ta’ kokaina li flimkien jiżnu 91.25 kilogramma fi tliet kontejners li daħlu fil-Freeport. Skont l-istqarrija, id-Dwana sostniet li l-valur tas-sejba huwa ta’ €10.5 miljun.

Il-ħidma li bdiet ilbieraħ damet għaddejja għal 19-il siegħa sa kmieni dalgħodu. Kmieni l-Ħass filgħodu, il-Customs Container Monitoring Unit għażlet diversi kontejners għall-iscanning. Mill-iscans preliminari instabu rregolaritajiet fi tlieta minnhom. It-test irriżulta li kien hemm narkotiċi moħbija fil-unit tal-kompressur refriġirant.

Mill-ewwel kontejner inħarġu 20 pakkett kokaina li jiżnu 24 kilogramma. Il-valur tagħhom kien ta’ €2.7 miljun. It-tieni kontejner wassal għal sejba ta’ 40 pakkett kokaina ieħor li flimkien kienu jiżnu 48 kilogramma u għandhom valur ta’ €5.4 miljun. It-tielet kontejner instabu fih 16-il pakkett ta’ kokaina li flimkien jiżnu 19.25 kilogramma u b’valur ta’ €2.2 miljun.

L-ewwel u t-tielet kontejner waqfu Malta fil-vjaġġ tagħhom mill-Amerika t’Isfel għal Durres fl-Albanija. Filwaqt li l-kontejner l-ieħor li wkoll oriġina mill-Amerika t’Isfel, kien sejjer lejn Thessaloniki fil-Greċja.

Involuti fil-ħidma kien hemm ħaddiem tad-Dipartiment tad-Dwana, il-Pulizija u l-Malta Freeport. Intant, il-każ ingħata f’idejn l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga li qed ikomplu l-investigazzjonijiet tagħhom.

Din is-sejba kienet it-tielet waħda fl-aħħar tmint ijiem. Il-Ħadd 7 t’April, id-Dwana għamlet sejba ta’ 91.2 kilogrammi kokaina. Imbagħad, it-Tlieta 9 t’April, saret sejba oħra ta’ 24-il kilogramma. Minn Jannar sa issa, id-Dwana kkonfiskat 606.45 kilogramma kokaina li flimkien għandhom valur ta’ €68.2 miljun.

The post Id-Dwana tagħmel sejba oħra ta’ 90kg kokaina minn 3 kontejners appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here