Home Newsbook Id-donazzjoni tal-organi hi turija ta’ solidarjetà

Id-donazzjoni tal-organi hi turija ta’ solidarjetà

3
0
SHARE
Advertisement

Nhar is-Sibt li għadda l-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ membri tal-Assoċjazzjoni Taljana tad-Donaturi tal-Organi u qalilhom li “din id-donazzjoni tfisser li wieħed iħares ‘l hinn mill-bżonnijiet individwali tiegħu u joffri lilu nnifsu u jkun ġeneruż ma’ oħrajn.  Hu wissa’ kontra l-kummerċjaliżazzjoni ta’ xi parti mill-ġisem.

Il-Papa tkellem dwar il-merti li hemm meta wieħed jirregala xi organu u qal li dan għandu jkun inkoraġġit bħala manifestazzjoni ta’ solidarjetà ġeneruża.

Filwaqt li nnota l-iżviluppi li seħħew fil-qasam mediku tat-trapjanti li għamluha possibbli li wieħed jagħmel donazzjonijiet ta’ organi wara mewtu u f’xi każi anke matul ħajtu, il-Papa qal li “id-donazzjoni tal-organi tissodisfa bżonn soċjali għax minkejja l-iżviluppi ta’ ħafna trattament mediku, il-ħtieġa tal-organi tibqa’ kbira ħafna”.

Hu żied jgħid li “donazzjoni tfisser li wieħed iħares ‘l hinn minnu nnifsu, ‘l hinn mill-ħtiġijiet individwali tiegħu u joffri lilu nnifsu għall-ġid tal-oħrajn”. F’din il-perspettiva, żied jgħid il-Papa “id-donazzjoni tal-organi m’hix biss att ta’ responsabbiltà soċjali, imma wkoll espressjoni tal-fraternità universali li tgħaqqad lin-nies flimkien”.

Nirrispettaw ir-reliġjon u l-etika

Il-Papa Franġisku enfasizza li hu mportanti li d-donazzjoni tal-organi tibqa’ bla ebda ħlas.  Fil-fatt qal, “kull forma ta’ kummerċjaliżazzjoni tal-ġisem jew parti minnu tmur kontra d-dinjita umana. Meta wieħed jagħti d-demm jew xi organu tal-ġisem hemm bżonn li tirrispetta l-perspettiva etika u reliġjuża.”

Donazzjoni ta’ organu hi offerta lil Alla   

Il-Papa fakkar li “għal dawk li ma jemmnux dan il-ġest favur ħutna fil-bżonn għandu jsir a bażi ta’ l-ideal ta’ solidarjetà umana.  Dawk li jemmnu huma msejħa biex din id-donazzjoni jofruha bħala rigal lil Alla li identifika lilu nnifsu ma’ dawk li jsofru l-mard, ikunu nvoluti f’xi inċident tat-traffiku jew fuq il-post tax-xogħol”.

Hu enfasizza li hu mportanti li nippromwovu kultura għad-donazzjoni tal-organi permezz tal-informazzjoni u żied jgħid li minn dan ir-rigal ta’ għotja, oħrajn jistgħu jgawdfu l-ħajja u saħħa.

Iffaċċjati mit-theddid għall-ħajja li sfortunatament irridu niffaċċjaw kulju, bħal fil-każ tal-abort u l-ewtanasja – bie insemmi biss il-bidu u t-tmiem tal-ħajja – is-soċjetà għandha bżonn dawn il-ġesti konkreti ta’ solidarjetà, imħabba ġeneruża biex nagħmluha ċara li l-ħajja hi sagra.

Fi tmiem id-diskors tiegħu l-Papa nkoraġixxa lil dawk preżenti biex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jiddefendu u jippromwovu l-ħajja anke permezz tad-donazzjoni tal-organi.

The post Id-donazzjoni tal-organi hi turija ta’ solidarjetà appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here