Home Net News Hibernians jitilfu l-ewwel post u Qormi jibqgħu jittamaw li jsalvaw

Hibernians jitilfu l-ewwel post u Qormi jibqgħu jittamaw li jsalvaw

3
0
SHARE
Advertisement

HIBERNIANS…………….. 1 QORMI…………………. 3

Hibernians: M.
Jovicic, J. Mbong. Radojevic (R. Tardini 68’), A. Agius, M. Silveira, D. Vella
(T. Tabone Desira 92’), B. Kristensen (D. Abela 92’), J. Grech, I. Ntow, M.
Sahanek, Taylon

Qormi: D.
Cassar, R. Romào, A. Abela (A. Cassar 74’), L. Santana, D. Mansi, J. Lokando,
Y. Yankam, T. Gusman, A. Rozzi, W. Petinha (I. Zammit 76’), M. Bangoura (L.
Busuttil 91’)

Imwissija: T.
Gusman 22’, D. Mansi 24’, W. Petinha 50’, A. Abela 53’, D. Cassar 78’, R. Romào
85’ (Q)

Tkeċċa: T.
Gusman 81’ (Q)

Skorjaw: Y.
Yankam 15’, A. Rozzi 45’, M. Bangoura 90’ (Q), A. Agius 18’ (H)

Referee: Stefan
Pace

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Yannick Yankam (Qormi)

Attendenza: 907

Rapport: George Cassar

Hibernians tilfu l-ewwel post meta issa
jonqos biss żewġ logħbiet għal tmiem il-kampjonat wara li sofrew telfa sorpriża
kontra t-tim li kien qed jokkupa l-aħħar post Qormi. B’hekk it-tamiet ta’ Qormi
li jsalvaw posthom fil-Premier reġgħu nfetħu hekk kif issa qegħdin biss żewġ
punti taħt it-tim tat-tnax-il post St. Andrews.

Il-prestazzjoni ta’ Hibernians kienet ferm ’l bogħod mil-livelli tas-soltu
u biex tkompli tiġi diffiċli għalihom, il-gowlkiper Qormi l-eks David Cassar
kien fil-forma u waqqfilhom diversi tentattivi.

Kienu Qormi li marru l-ewwel fil-vantaġġ wara kwarta logħob meta minn
korner ta’ Antonio Rozzi, YANNICK YANKAM tefa’ fir-rokna tax-xibka b’daqqa ta’
ras biex b’hekk skorja t-tielet gowl tiegħu fl-aħħar erba’ logħbiet.

Ir-reazzjoni ta’ Hibernians kienet immedjata għax tliet minuti wara skorjaw
il-gowl tal-parità. Minn korner ta’ Marco Sahanek, ANDREI AGIUS kellu l-ewwel
daqqa ta’ ras tiegħu mblukkata minn Yannick Yankam, imbagħad it-tieni tentattiv
tiegħu bis-sieq kien salvat mill-gowlkiper David Cassar iżda wara l-linja
tal-gowl.

F’nofs l-ewwel taqsima Andrei Agius għal ftit ma skorjax doppjetta rari
għalih meta minn free-kick mid-distanza laqat il-mimduda. Hibernians reġgħu
laqtu l-lasta hekk kif tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima laqtu l-wieqfa
minn xutt mibrum ta’ Marco Sahanek wara azzjoni mibnija minn Isaac Ntow.

Iżda fl-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima kienu Qormi li, kontra x-xejra
tal-logħob, sabu x-xibka meta pass mix-xellug ta’ Yannick Yankam, sab lil
ANTONIO ROZZI f’pożizzjoni tajba f’nofs il-kaxxa u l-attakkant Taljan b’xutt
fil-baxx għeleb lil Marko Jovicic.

Fl-għaxar minuta tat-tieni taqsima l-gowlkiper Qormi David Cassar dawwar
f’korner bi bravura l-free-kick ta’ Marco Sahanek

Għaxar minuti mit-tmiem Tensior Gusman intwera t-tieni karta safra għal
fawl f’nofs il-grawnd biex ħalla lil Qormi jilagħbu l-aħħar minuti bi plejer
inqas.

Madankollu Qormi rnexxielhom jiskurjaw anki t-tielet gowl meta approfittaw
minn żbilanċ fit-tim Pawlist u MALELA BANGOURA kkonkluda fix-xibka wara ħarba veloċi.

The post Hibernians jitilfu l-ewwel post u Qormi jibqgħu jittamaw li jsalvaw appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here