Home Newsbook Graziella u Fallon Mallia – iż-żewġ nisa li tilfu ħajjithom fl-Imġarr

Graziella u Fallon Mallia – iż-żewġ nisa li tilfu ħajjithom fl-Imġarr

4
0
SHARE
Advertisement

Iż-żewġ nisa li tilfu ħajjithom fl-inċident fatali li seħħ ilbieraħ fl-Imġarr ġew identifikati bħala Graziella u Fallon Mallia, omm u bintha.

F’messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook, is-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratia f’Ħaż-Żabbar spjegat li Graziella Mallia ta’ 53 sena kienet eks-bandista tas-soċjetà. Fallon, ta’ 31 sena, kienet passiġġiera fil-karozza misjuqa minn ommha flimkien ma’ tliet passiġġiera oħrajn.

Intant, il-kunsillier tal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill ta’ San Ġiljan, Clayton Luke Mula, sostna li jinsab ixxokkjat bit-telfa taż-żewġ nisa filwaqt li wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi.

X’ġara lbieraħ?

Ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq l-Imġarr ilbieraħ filgħaxija, sewa l-ħajja ta’ żewġ nisa, filwaqt li ħalla tifel ta’ 12-il sena u mara anzjana jissieltu għal ħajjithom u ħames persuni midruba.

Aqra: Aġġornata(3): Filmat: 2 mejta; 2 fil-periklu tal-mewt u 4 midruba fl-Imġarr

Iż-żewġ persuni li tilfu ħajjithom kienu mara ta’ 53 sena residenti Ħaż-Żabbar u passiġġiera li kienet magħha ta’ 31 sena minn Ħaż-Żabbar ukoll. Fl-istess karozza ta’ għamla żgħira kien hemm erba’ passiġġiera oħra.  Tifel ta’ 12-il sena u anzjana ta’ 77 sena minn Ħaż-Żabbar li t-tnejn qed jissieltu għal ħajjithom. Intant persuna oħra ta’ 44 sena mill-Gżira fl-istess karozza sofriet minn ġrieħi gravi, filwaqt li persuna ta’ 29 sena minn Tas-Sliema ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Fil-karozza li ma kienx hemm fatalitajiet kien hemm erba’ persuni. Il-persuna li kienet qed issuq il-karozza, li għandha 31 sena u residenti l-Mosta, sofriet minn ġrieħi gravi. Magħha kien hemm tliet minuri ta’ 11, 10, u tarbija ta’ sena. It-tfal ta’ 11 u ta’ sena sofrew minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-minuri ta’ 10 snin sofra minn ġrieħi ħfief.

X’qed jgħidu n-nies fuq Facebook dwar iż-żewġ nisa?

The post Graziella u Fallon Mallia – iż-żewġ nisa li tilfu ħajjithom fl-Imġarr appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here