Home Net News Għaliex istituzzjonijiet li ilhom minn żmien l-Ingliżi huma paraliżżati, issa, taħt Joseph...

Għaliex istituzzjonijiet li ilhom minn żmien l-Ingliżi huma paraliżżati, issa, taħt Joseph Muscat?

8
0
SHARE
Advertisement

Meta kien qed jitkellem fuq r-rapport GRECO id-Deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li dan huwa l-aħħar minn sensiela ta’ rapport li diġa ħarġu dwar Malta, fosthom rapport mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, Transparency International, l-IMF, il-Venice Commission.

Ma’ dawn issa nżidu anki r-rapport tal-Kumitat
GRECO (u dalwaqt Moneyval). Ir-rapport għandhom konklużjoni KOMUNI: f’Malta
l-liġi ma tgħoddx l-istess
għal kulħadd; ir-“rule
of law”, li hija l-bażi
tad-demokrazija mhix taħdem.

Dan
huwa l-istess messaġġ qal
il-kelliem u l-PN ilna nħambqu fuqu
minn ftit wara li Joseph Muscat sar Prim Ministru għax kif jgħidu, ilġurnata
minn filgħodu turik. Kellna raġun. Iżda ma kull rapport li joħroġ u jitkellem
eżatt bħalma tkellimna aħna, irreazzjoni tal-Gvern tkun dejjem pronta: mhux
tort tal-Gvern … tort tal-MEPs
tal-PN, ta’ Simon Busuttil, tort tan-nazzjonalisti li ma biddlux laffarijiet
f’25 sena … u issa smajtuha tal-aħħar? … tort tal-Ingliżi, għax issistema li
ħallewlna mhix tajba.

Simon Busuttil qal li fi ftit kliem huwa tort ta’ kulħadd minbarra tal-Gvern. Huwa staqsa għaliex strutturi u istituzzjonijiet li ‘ilhom minn żmien lIngliżi huma għal kollox ipparalizzati illum, issa, taħt Joseph Muscat? Żgur li l-istituzzjonijiet perfetti qatt ma kienu.

IŻDA servewna taħt l-Ingliżi … servewna taħt Ġorg Borg Olivier, servewna anki taħt Duminku Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici ħadmu għalkemm għotru sew, ħadmu taħt Alfred Sant, ħadmu taħt Eddie Fenech Adami, ħadmu taħt Lawrence Gonzi … imma taħt Joseph Muscat paralizzati, staġnaw, waqfu u mgħadhom jiswew assolutament xejn.

Il-kelliem staqsa, allura it-tort mhux ta’
kulħadd ħlief Joseph Muscat. Jekk xejn, it-tort huwa ta’ Joseph Muscat.  X’inhu
l-iskop tar-rapport GRECO? Ir-rapport jinvestiga speċifikament jekk
l-istrutturi li għandna f’Malta biex jiġġieldu kontra l-korruzzjoni meta jkun
hemm nies fil-poter involuti – bħal Konrad Mizzi u Keith Schembri.

X’sab?
Għal pajjiż id-daqs ta’ Malta, għandna lista impressjonanti ta’ strutturi,
istitutuzzjonijiet u ċerimonji. IMMA meta dawn ġew iffaċċjati b’korruzzjoni u
abbużi li jinvolvi nies fil-poter, ma mgħamlu assolutament xejn.

Busuttil qal li l-abbużi li semma GRECO
jinkludu: korruzzjoni, serq u abbuż ta’ fondi pubbliċi, nepotiżmu, kunflitt ta’
interess, anki fejn jidħlu privatizazzjoni, tenders, is-settur tal-enerġija,
il-bejgħ ta’ art pubblika, l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, l-għoti ta’
kuntratti pubbliċi u ta’ impiegi mal-gvern.

Il-konklużjoni ta’ GRECO hija li quddiem dawn l-iskandli u abbużi kollha li jinvolu politiċi, is-sistema tal-ġustizzja kriminali f’pajjiżna ma ħadmitx: “to date, there was no visible disciplinary or criminal justice response to a number of the above allegations …

The senior officials who have been suspected of criminal or ethical misbehaviour are still in function.”  GRECO qalu x’jiswew l-istituzzjonijiet jekk ma jaħdmux fl-aktar mument kruċjali? … jekk mhumiex accountable? … jekk mhumiex effettivi? … jew jekk jiddependu fuq il-Gvern għall-ħatra tagħhom jew għall-promozzjonijiet.

L-istituzzjoni għandhom jitħallew jaħdmu b’mod indipendenti u imparzjali fl-interess ta’ kulħadd u mhux isiru għodda f’idejn il-maġġoranza li tmexxi l-Gvern:

“State
institutions and the public administration must work in an impartial manner in
the furtherance of the common good, and not be a tool at the service of the
ruling majority of the moment.”

Busuttil qal li se jerġa jmur lura għall-mistoqsija li beda biha:  Kompla jistaqsi, għaliex istituzzjonijiet li ilhom minn żmien l-Ingliżi illum jinsabu pparalizzati? sfrondaw Ir-risposta hija ċara: jinsabu paralizzati għaliex Joseph Muscat abbuża mill-poter u mhux qed iħallihom jaħdmu.

Issa nistgħu nbiddlu l-istituzzjonijiet, nistgħu inbiddlu l-liġijiet u l-Kostitizzjoni kemm irridu … imma jista’ jkollok l-aħjar Kostituzzjoniji, għax jekk għandek gvern korrott, se jagħmel minn kollox biex ma jaħdmux. U dik hija il-vera sfida li għandna quddiemna.   

The post Għaliex istituzzjonijiet li ilhom minn żmien l-Ingliżi huma paraliżżati, issa, taħt Joseph Muscat? appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here