Home Net News Biżżejjed provi biex Il-“hijackers” tal-bastiment El Hiblu 1 jitpoġġew taħt Att ta’...

Biżżejjed provi biex Il-“hijackers” tal-bastiment El Hiblu 1 jitpoġġew taħt Att ta’ Akkuża

6
0
SHARE
Advertisement

Il-Qorti
tal-Maġistrati ddikjarat li jeżistu biżżejjed provi biex it-tliet żgħażagħ
akkużati li wettqu “hijack” il-bastiment El Hiblu 1, li salvahom f’nofs ta’ baħar
jitqiegħdu taħt Att ta’ akkuża.

It-tliet żgħażagħ,
tnejn mill-Guinea u wieħed mill-Kosta
tal-Ivorju li l-eta’ tagħhom hija ta’  15, 16 u
19-il sena qegħdin jiġu mixlijia li kontra
l-liġi ħadu taħt idejhom u l-kontroll tal- bastiment El
Hiblu1, li taħt il-liġi Maltija hija punibbli
b’sentenza ta’ ħabs li tvarja bejn seba’ snin u 30 sena.

Membri tal-grupp ta’
madwar 100 immigrant li kienu salvati mill-baħar, allegatament heddew
l-ekwipaġġ u sfurzawhom jibdlu l-korsa lejn Malta hekk kif huwa ndunaw li kienu
se jiġi ritornati lejn il-Libja fejn kellhom jiffaċċaw jew kien hemm ċans li
jiffaċċaw il-persekuzzjoni.

Il-Maġistrat Aaron Bugeja, li qed jirppresiedi l-kumpilazzjoni, qal li hemm evidenza biżżejjed biex l-akkużati jitpoġġew taħt att ta’ akkuża. Il-Prosekuzzjoni f’dan il-kaċ qed titmexxa mill-Ispettur Omar Zammit u mill-Avukat Nadia Attard mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li l-Avukati  Malcolm Mifsud, Neil Falzon u Gianluca Cappitta qed jiddeffendu lill-akkużati.

The post Biżżejjed provi biex Il-“hijackers” tal-bastiment El Hiblu 1 jitpoġġew taħt Att ta’ Akkuża appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here