Home Net News Barroso talab għar-riżenja ta’ John Dalli u l-Partit Laburista tah “position of...

Barroso talab għar-riżenja ta’ John Dalli u l-Partit Laburista tah “position of trust”

13
0
SHARE
Advertisement

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li d-Deputat Nazzjonalista Chris Fearne għandu “sens of humour” ta vera għax waddab il-korruzzjoni fuq xi ħaġa li qiesha hija tal-Partit Nazzjonalista, meta filwaqt li Barroso kien talab lil John Dalli jirriżenja fuq korruzzjoni bil-Gvern Laburista jagħtih “position of trust”.

Azzopardi qal li min ma jridx jisma’ l-verita fuq il-korruzzjoni jgħid li din hija kritika negattiva jew tixwix, imma l-verita ma tinbidilx. Min joħloq kultura ta’ omerta biex jagħmel li jrid huwa l-korrott Infakkru anniversarju ieħor fuq qtil ippjanat ta’ Daphne Caruana Galizia.  Din hija l-kultura ta’ omerta, li kulħadd jagħmelm li jrid u li hija fir-rapport ta’ Greco.

Qal li għax Caruana Galizija titkellem fuq
il-korruzzjoni, tispiċċa tinqatel u qabel ma nqatlet spiċċat soġġetta għal
kultura ta’ theddid u vjolenza. Qal li anken jekk jara x’alet Il-Kummisjoni
Venezia li hija mmexxija mill-awqa nies fl-Ewropa, anke Strasbourg ukoll
toqgħod fuqha.

Huwa qal li l-GRECO hija esperta u taqa’
taħt il-Kunsill tal-Ewropa, li ħarġet ir-rapport sena qabel ma kien suppost li
joħroġ, u dan ir-rapport ħareġ kliem ta’ kundanna li jħammar wiċċ il-Maltin,
fuq l-impunita, jiġifieri li kulħadd jagħmel li jrid, u li qegħdin ngħixu
kriżi.

GRECO qal ukoll li l-istituzzjonijiet f’Malta
qed jisfrundaw, li pajjiżna qed jiġi kastrat u hi-jacked mill-Gvern, li xtara
s-silenzju tal-istituzzjonijiet.  Il-Pulizija
rrifjutat li tibda tisma’ l-każijiet fuq il-Panama Papers, fejn l-awtoritajiet
Maltin qed jgħidu li mhemmx evidenza, minkejja li ma hemm l-ebda dubju li
kollox huwa ċar.

Azzopardi qal li fuq r-rapport tal-GRECO
qegħdin jgħdu li qed jesiġraw, għax dawn jemmnu kif fil-fatt qed isir li Malta
hawn liġi ta’ min huwa l-aqwa iħawwel, u meta jkollok pajjiż li l-liġi mhux
l-istess għal kulħadd,  ibati ż-żgħir,
għalhekk hawn Malta ma jeżistiex is-saltna tad-dritt,  imma hawn id-dritt tas-saltna u hawn waqgħet
il-maskra tal-Gvern.

Tenna li min qed jimpala 5,000 ewro kuljum
bid-deals korrotti li saru, qiesu ma ġara xejn. Il-kelliem qal li l-GRECO
ikkonferma li l-Partit Nazzjonalista qiegħed fis-sewwa , għax kull rapport fuq
Malta qed jagħti raġun lill-Oppożizzjoni.

The post Barroso talab għar-riżenja ta’ John Dalli u l-Partit Laburista tah “position of trust” appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here