Home Net News Atalanta frustrati f’darhom wara li tilfu diversi okkażjonijiet ta’ skor

Atalanta frustrati f’darhom wara li tilfu diversi okkażjonijiet ta’ skor

2
0
SHARE
Advertisement

Atalanta tilfu opportunità tad-deheb li jerġgħu jilħqu lil Milan fir-raba’ post meta f’darhom sfaw miżmuma minn Empoli fi draw ta’ mingħajr gowls. Atalanta ddominaw il-logħba b’serje ta’ tentattivi avversarja iżda ma sabux tal-anqas gowl li jkompli l-ħolma li jiksbu post fiċ-Champions League staġun ieħor. Għal Empoli dan il-punt kien importanti fit-taqtigħa li jevitaw ir-relegazzjoni.

Hans Hateboer falla ċans tajjeb minn ħalq il-lasta wara
disa’ minuti meta xeħet għoli bir-ras wara kross ta’ Josip Ilicic. Fit-23
minuta spikka l-gowlkiper Bartlomiej Dragowski li salva tajjeb xutt fil-baxx ta’
Marten De Roon. Fit-32 minuta kien imiss lil Gianluca Mancini li ra d-daqqa ta’
ras tiegħu tgħaddi ftit barra.

Alejandro Gomez prova fit-58 minuta b’xutt fil-baxx li kien salvat f’darbtejn minn Dragowski biex żewġ minuti wara Duvan Zapata falla l-mira b’daqqa ta’ ras mill-viċin. Fid-69 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Josip Ilicic għadda għoli, b’Zapata jfalli ċans ieħor fis-76 minuta b’xutt mill-kaxxa li kien imxellef.

The post Atalanta frustrati f’darhom wara li tilfu diversi okkażjonijiet ta’ skor appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here