Home Net News Allied Newspapers jibqgħu ma jgħidux kemm għandhom dejn ma’ Keith Schembri

Allied Newspapers jibqgħu ma jgħidux kemm għandhom dejn ma’ Keith Schembri

6
0
SHARE
Advertisement

Wara li għażel li ma jweġibx mistoqsijiet mibgħuta lilu mill-gazzetta Il-Mument, id-Direttur Maniġerjali ta’ Allied Newspapers, Michel Rizzo, issa ħareġ stqarrija jattakka lill-ġurnalisti u lill-ħaddiema ta’ Media.Link Communications.

L-istqarrija nħarġet wara li l-istorja ta’ Il-Mument qajmet reazzjoni qawwija fost il-publiku, hekk kif ġie żvelat li Allied Newspapers għandha dejn kbir mal-kumpanija Kasco, li hi taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u li nqabad b’kumpanniji sigrieti fil-Panama.

Mijiet ta’ persuni li kkummentaw fuq il-mezzi soċjali wrew ir-rabja tagħhom għall-fatt li fuq naħa, it-Times tipponta subghajha lejn kumpaniji li jużaw servizzi ta’ Tumas Group, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra, l-istess Allied Newspapers għadhom jistampaw il-gazzetti taghhom fuq karta mixtrija mingħand Keith Schembri.

Fl-istqarrija tiegħu, Rizzo jibqa’ ma jgħidx kemm Allied Newspapers għandha dejn ma’ Kasco, iżda minflok, jieħodha bi kbira għax intbagħtu mistoqsijiet minn Il-Mument.

Sadanittant, f’artiklu separat, it-Times tattakka wkoll djar tal-media oħra. Fi tweġiba li ppubblika l-Editur ta’ MaltaToday, Matthew Vella staqsa jekk it-Times hix lesta tippubblika lista ta’ kumpaniji li huma ‘blacklisted’ u li mhux qed tieħu reklamar mingħandhom.

Iżda fl-istqarrja tiegħu, Michel Rizzo ma laqax din l-isfida u ma semma’ l-ebda kumpanija li hi ‘blacklisted’ minn Allied Newspapers.

The post Allied Newspapers jibqgħu ma jgħidux kemm għandhom dejn ma’ Keith Schembri appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here