Home Newsbook Aġġornata(3): Filmat: 2 mejta; 2 fil-periklu tal-mewt u 4 midruba fl-Imġarr

Aġġornata(3): Filmat: 2 mejta; 2 fil-periklu tal-mewt u 4 midruba fl-Imġarr

4
0
SHARE
Advertisement

Inċident tat-traffiku fatali fl-Imġarr ħalla żewġ nisa mejta, anzjana u tifel fil-periklu tal-mewt u erbgħa midruba.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq l-Imġarr għall-ħabta tat-8.30pm. L-inċident seħħ bejn żewġ karozzi.

Iż-żewġ persuni li tilfu ħajjithom kienu mara ta’ 53 sena residenti Ħaż-Żabbar u passiġġiera li kienet magħha ta’ 31 sena minn Ħaż-Żabbar ukoll. Fl-istess karozza ta’ għamla żgħira kien hemm erba’ passiġġiera oħra.  Tifel ta’ 12-il sena u anzjana ta’ 77 sena minn Ħaż-Żabbar li t-tnejn qed jissieltu għal ħajjithom. Intant persuna oħra ta’ 44 sena mill-Gżira fl-istess karozza sofriet minn ġrieħi gravi, filwaqt li persuna ta’ 29 sena minn Tas-Sliema ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Fil-karozza li ma kienx hemm fatalitajiet kien hemm erba’ persuni. Il-persuna li kienet qed issuq il-karozza, li għandha 31 sena u residenti l-Mosta, sofriet minn ġrieħi gravi. Magħha kien hemm tliet minuri ta’ 11, 10, u tarbija ta’ sena. It-tfal ta’ 11 u ta’ sena sofrew minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-minuri ta’ 10 snin sofra minn ġrieħi ħfief.

Dan wassal sabiex għexieren ta’ Pulizija, ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll numru ta’ ambulanzi marru fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali immexxija mill-Maġistrat Charmaine Gauci.

Intant, l-Isptar Mater Dei iddikjara stat ta’ inċident maġġuri fuq Facebook. Għaldaqstant appella lill-pubbliku sabiex jevita li jmur l-emerġenza sakemm mhux għax verament għandu bżonn.

Dan huwa t-tieni inċident fatali f’inqas minn 24 siegħa. Tard ilbieraħ filgħaxija, Ġermaniża ta’ 23 sena tilfet ħajjitha wara li waqgħet minn fuq mutur b’konsegwenza li baqa’ għaddej minn fuqha trakk f’Santa Luċija.

The post Aġġornata(3): Filmat: 2 mejta; 2 fil-periklu tal-mewt u 4 midruba fl-Imġarr appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here