Home Net News Iz-zija tal-akkużat ma emmnitx lil oħtu meta qaltilha li pprova jmissha, anzi...

Iz-zija tal-akkużat ma emmnitx lil oħtu meta qaltilha li pprova jmissha, anzi taħseb li ġara bil-maqlub

9
0
SHARE
Advertisement

Kumpilazzjoni dwar il-qtil doppju

Waħda miz-zijiet tal-akkuzat, li
tiġi oħt missier Joseph Bonnici mixli bil-qtil ta’ ommu u oħtu qalet fil-Qorti
li meta Angele Bonnici, oħt Joseph qaltilha li ħuha pprova jabbuża minnha, ma
emmnitiex, anzi skont l-opinjoni tagħha, aktar setgħu ġraw bil-maqlub
l-affarijiet.

Din kienet qed tixhed
fil-kumpilazzjoni ta’ Joseph Bonnici minn Ħal-Għaxaq mixli bil-qtil ta’ ommu
Maria Lourdes Bonnici u oħtu Angele Bonnici fis-27 ta’ Marzu li għadda. Bonnici
kien stqarr mal-Pulizija fit-30 ta’ Marzu li kien hu li qatel u difen lil ommu
u missieru wara li sparalhom b’arma tan-nar li kien ħadem hu stess, u li kien tahom
xi daqqiet b’mazza.

Meta bdiet tixhed quddiem
il-Maġistrat Joe Mifsud zitu qalet li ma kellhiex relazzjoni tajba ma’ omm
l-akkużat, li tiġi l-mara ta’ ħuha li jinsab il-ħabs. Qalet li kien minħabba
fiha li ntemmet ir-relazzjoni li kellha ma’ dak li kien l-għarus tagħha u sa
anke waslet biex ġellditha ma’ ommha u kellha titlaq mid-dar.

Hija qalet li ma tantx kienet ħafna “close” mal-familja tal-akkużat, tant li minħabba dak li kienet għamlitilha, ma baqgħux jitkellmu. Qalet li fl-2014 kienet ċemplitilha Angele, oħra l-akkużat u kienu ltaqgħu. Dak inhar kienet qaltilha kemm hi u ħuha jaqblu u li jmorru tajjeb flimkien.iftaħ qalbha magħha.

Kienet ukoll riedet tkellimha
dwar il-ħajja sesswali tagħha, speċi ta’ li riedet tiftaħ qalbha magħha. Qalet
li kienu reġgħu ltaqgħu fl-2017 u din id-darba kienet qaltilha li kienet talbet
lil ħuha Joseph biex jagħmlilha pjaċir, u li imma hu ma riedx jaqdiha.

Qalet ukoll li Angele qaltilha
li ma messux għamlilha hekk għax hi dejjem qdietu fuq dak kollu li kien
jitlobha u qaltilha wkoll li l-akkużat ġieli kien jabbuża minnha sesswalment.
Ix-xhud qalet li kienu reġgħu ltaqgħu fl-2018 ma semmitilha xejn fuq ħuha.

Hawn qalet li hija taf
lin-neputi tagħha bħala raġel sew u ma emmnitx lil Angele għas-sempliċi raġuni
fuq dak li kienet qaltilha hi meta kellmitha fuq il-ħajja sesswali, b’Bonnici
tgħid li ma xtaqitx tgħid dak kollu li qaltilha, għax kieku kienet turi għaliex
kienet ħasbet bil-maqlub, fuq min abbuża minn min.

Il-Maġistrat Mifsud dak il-ħin
żgombra l-awla biex dak li għandha tgħid Bonnici, tgħidu. Wara qabel ma temmet
ix-xhieda tagħha, hija qalet ukoll li l-aħħar darba li kellmet lil omm
l-akkużat, Maria Lourdes Bonnici, din qaltilha li ma tafx x’kienet se tagħmel
li joħroġ żewġha mill-ħabs, għax drat waħedha. Tkellmet ukoll dwar il-qalb
tajba li kellu l-akkużat għax meta hi kienet fi problemi tliet snin ilu ried
jgħinha u li għalkemm ma kienitx tiltaqa’ daqshekk miegħu kienu jitkellmu fuq
facebook.

Xehdu żewġ żijiet oħra
tal-akkużat u wkoll it-tnejn jiġu ħut missieru. Waħda minnhom qalet li lejn
l-aħħar ta’ Marzu, l-akkużat qalilha, “jien lil ommi nħobbha, imma” u waqaf
hemm. Qalet ukoll li hu kien mar għaliha u qalilha li ma jafx fejn jinsabu ommu
u oħtu għax kien ilu ma jarahom, u qalilha biex tmur miegħu biex jidħol
fil-parti ta’ fejn jgħixu huma biex jara fejn qegħdin. Hi marret u hu qala’
kantun biex daħal, għax il-bieb kien imsakkar bil-fir-roll.

Zitu qalet li beda jgħajjat ma
u ħadd ma rrisponda, u hi qaltlu li forsi kienu ħarġu jew siefru. Kien hawn
meta qalilha li jħobb lil ommu, u spiċċa jgħid imma, mingħajr ma sepċifika.

Zitu l-oħra wkoll faħħret lil
Joseph Bonnici bħala raġel li jaf jagħmel kollox. Hija qalet li ma tafx liema
tip ta’ relazzjoni kellu ma’ ommu u oħtu. Qalet ukoll li kienu marru l-Pulizija
għandha biex ifittxu f’xi propjeta’ li kienet tagħhom u li kienu biegħu.

Xehed ukoll is-Surġent Anthony
Portelli li qal li huwa kien infurmat li Joseph Bonnici kien ammetta li qatel
lil ommu u oħtu u li kien qalilhom fejn difinhom u li kien qalilhom ukoll li
kien ixxortja xi ħaġa biex itajjar is-salvavita. Qal li kienu ġew infurmati
minnu wkoll li l-kadavri kienu nġarru minn u bil-karozza tiegħu tal-għamla
Daewoo.

Ħareġ ukoll li huma kienu
indifnu f’għalqa li tinsab limiti ta’ Tarxien, u li l-għalqa hija propjeta’ ta’
Lunzjata Band Club, li għandhom il-permessi miżmuma sa issa biex itellgħu n-nar
minn dan il-post. L-għalqa tinsab għand persuna li qed jaħdimha fil-mument.

Xehdu diveri Pulizija oħra li kienu nvoluti f’dan il-każ, fosthom dawk li kienu qed ifittxu għal mazza li l-akkużat rema fil-Wasteserve ta’ Ħal-Far, liema mazza kienet ukoll maħruqa. Ingħad ukoll li l-karozza tal-akkużat tinsab fil-garaxx tal-Pulizija biex tgħin fl-istħarriġ tal-każ. 

Għall-akkużat qegħdin jidhru l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri filwaqt li l-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur John Spiteri. Il-każ se jkompli, t-Tlieta, 16 ta’ April, l-Erbgħa filwaqt li fit-3 ta’ Ġunju li ġej se jsir l-aċċeess fuq il-post.

The post Iz-zija tal-akkużat ma emmnitx lil oħtu meta qaltilha li pprova jmissha, anzi taħseb li ġara bil-maqlub appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here