Home Net News Il-korruzzjoni nawwret l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna

Il-korruzzjoni nawwret l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna

5
0
SHARE
Advertisement

Id-Deputat Mexxej Nazzjonalista David Agius qal li bħalma
l-poplu qed jinduna, l-Oppożizzjoni hi kommessa li tibqa’ tiddiskuti
l-kwistjonijiet ewlenin li qed jolqtu lill-Maltin fil-ħajja
ta’ kuljum tagħhom… se nibqgħu nitkellmu fuq il-breadand-butter issues… it-tajjeb qed ngħidulu tajjeb u l-ħażin qed niġġildulu bis-sħiħ, u
għalhekk m’aħniex se ninsew jew inħallu barra l-korruzzjoni li nawret
l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. 

Tenna li aħna kommessi wkoll li nikkritikaw iżda
fl-istess waqt nipproponu triq ’il quddiem biex il-Gvern
jirranġa s-sitwazzjoni fejn tidħol il-Governanza tajba u l-ġustizzja. Irridu li
ssir il-ġustizzja u li jkun jidher li qed issir… irridu li titħaddem il-Governanza
tajba u li jkun jidher li qed titħaddem. 

Iżda l-Oppożizzjoni mhix l-unika waħda li qed tiġbed
l-attenzjoni tal-gvern dwar is-sitwazzjoni gravi li jinsab fiha
pajjiżna. Hemm ir-Rapport tal-GRECO: il-Grupp tal-Istati Kontra
l-Korruzzjoni, Hemm ir-Rapport tal-Kummissjoni Venezia, Hemm ir-Rapport tal-Moneyval tal-Kunsill tal-Ewropa, Hemm id-dikjarazzjonijiet fil-Parlament Ewropew, Hemm bosta deċiżjonijiet tal-Qorti Maltija. 

Agius qal li hemm bosta dikjarazzjonijiet
tal-Imħallef Emeritus Giovanni Bonello, hemm id-dikjarazzjonijiet tal-Fond Monetarju
Internazzjonali, 

Hemm id-dikjarazzjoni ċara tas-CEO tal-HSBC Malta, hemm l-istqarrijiet ta’ Transparency International, hemm l-editorjali fil-gażżetti… tat-Times, tal-Maltatoday, tal-Independent. 

Agius qal li l-lista ma tispiċċax,
u mpossibbli f’dawn il-ftit minuti nidħol fir-rapporti u
fid-dikjarazzjonijiet kollha waħda waħda, u allura ddeċida li jiffoka fuq is-sejbiet u dak li hemm miktub fir-Rapport
tal-GRECO li ġie ppubblikat dan l-aħħar. 

Dan ir-rapport jinkwetana qal Agius, …hu rapport estensiv, dettaljat u jolqot il-musmar fuq
rasu. U bħala Oppożizzjoni rridu li l-gvern jara x’qed jistqarr dan ir-rapport
u jagħmel l-emendi fil-liġijiet u l-bidliet meħtieġa biex jisma’ minn dak
li qed jgħidulu. 

Il-Partit Nazzjonalista għal hekk ried
li pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea …biex ikunu tassew Ewropej u biex
l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna jiffunzjonaw kif il-poplu jistenna.
Min-naħa l-oħra l-gvern Laburista qed jaħdem biex inawwarhom, u biex itappan u jherri r-reputazzjoni li rnexxielha tikseb Malta matul
is-snin ta’ qabel b’ħidma bil-għaqal u b’tant attenzjoni. 

Konna pijunieri f’dan il-qasam qal il-kelliem, konna
eżemplari fl-Ewropa u fid-dinja. Mhux ta’ b’xejn imbagħad li lill-Ministru
tal-Finanzi jsemmulu l-korruzzjoni kull fejn imur madwar id-dinja. Mhux
ta’ b’xejn li lill-Ministru tat-Turiżmu jsemmulu l-Panama Papers kull fejn iżur. 

Tkellem fuq ir-Rapport tal-GRECO qed jgħidilna, li
l-istituzzjonijiet li huma tajbin fuq il-karta u mil-lat organizzattiv,
iżda mbagħad jiddependu fuq il-politiċi. Nafu li l-ħatriet fil-ġudikatura
jiddependu mill-Prim Ministru, l-istess il-ħatriet fil-Korp tal-Pulizija, u li
l-Avukat Ġenerali minbarra li hu l-avukat tal-gvern, hu wkoll il-Prosekutur
Pubbliku u l-President tal-FIAU: il-Financial Intelligence Analysis Unit ta’ pajjiżna. 

Agius fakkar kif il-Gvern tal-Labour qed jagħmel kapital
minn fuq dan id-difett fil-liġijiet ta’ pajjiżna għall-gwadann politiku u
partiġġjan tiegħu.  

Imbagħad hemm aspett ieħor li
jsemmi r-Rapport tal-GRECO: l-abbuż sfaċċat bil-positions of trust li sploda mill-2013 ’il hawn.

Mhuwiex aċċettabbli li l-pożizzjonijiet
ta’ uffiċjali pubbliċi li m’għandhomx irwol li jeħtieġ il-fiduċja speċifika tal-Ministru kkonċernat, jimtlew minn
persuni bħala positions of trust. L-uffiċjali li jitqabbdu bil-positions of trust jinsabu
f’pożizzjoni fejn jekk ma jaqblux mal-politiku li tahom il-pożizzjoni, ma
jistgħux jitkellmu. Barra minn hekk, dawn jafu li jekk jinbidel il-gvern jew
il-Ministru, il-post tagħhom jinsab f’riskju li jintilef.  

Il-Viċi Kap Nazzjonalista qal li mbagħad hemm
il-kwistjoni tas-Segretarji Permanenti, pożizzjonijiet li ġew poliċizzati
għalkollox wara l-elezzjoni tal-2013. Saħansitra wħud mis-Segretarji Permanenti
jxejru l-bandiera tal-Labour fil-miftuħ. 

U hemm il-bosta kwistjonijiet li jsemmi r-rapport b’rabta
mal-Korp tal-Pulizija, li tilef l-avvanz fil-karriera bbażat fuq il-mertu, u
minflok avvanz ieħor poliċizzat. 

U għalhekk  tal-Oppożizzjoni kommessi wkoll li ngħinu
lill-gvern biex jieqaf jagħmel din il-ħsara u flimkien nerġgħu nsaħħu
l-istituzzjonijiet u nagħtu reputazzjoni tajba lil Malta fil-pjattaforma
dinjija. 

“Lesti li npoġġu madwar il-mejda għad-diskussjoni għax
pajjiżna qed jitkarrab: għal istituzzjonijiet u regolaturi li jiffunzjonaw, għal sistema ġudizzjarja soda u  għal Avukat Ġenerali li jagħmel
xogħlu kif mistenni u mitlub mil-liġi. 

Lesti li npoġġu madwar il-mejda u
niddiskutu r-rakkomandazzjonijiet ta’ dan ir-rapport għall-ġid
nazzjonali u nittamaw li hemm ir-rieda min-naħa tal-gvern biex jingħaqad
fid-diskussjoni magħna u jimplimenta dak li hu meħtieġ. 

The post Il-korruzzjoni nawwret l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here