Home Net News Muscat jhedded lill-Maltin li mingħajr il-barranin nispiċċaw bla xogħol – Joseph Muscat

Muscat jhedded lill-Maltin li mingħajr il-barranin nispiċċaw bla xogħol – Joseph Muscat

7
0
SHARE
Advertisement

Mingħajr il-barrani l-Malti jista’ jitlef xogħolu. Dan huwa dak li qal il-Prim Ministru Joseph Muscat f’attività politika fiċ-Ċentru Laburista fil-Mellieħa.

Għaldaqstant
Muscat insista li għalhekk hemm bżonn ta’ soċjetà kożmopolitana u miftuħa
għall-barrani.

Din
it-tieni theddida ta’ Joseph Muscat fi ftit ġimgħat wara li diġà wissa li
mingħajr il-barranin nispiċċaw mingħajr pensjonijiet.

Fl-istess
waqt li sostna li ma jlumx lil dawk il-bosta persuni li jgħidu li qed jibżgħu
mill-barranin, saħaq li jekk dawn qatt m’għexu ma’ soċjetà mħalta bilfors ser
ikollhom din il-biża’.

Hawn
iddikjara li l-Malti jrid jidra jgħix f’soċjetà mħallta li ta’ kuljum qed tinbidel
u żżid fil-popolazzjoni.

U
waqt li fl-aħħar sigħat 64 immigrant abbord il-bastiment Alan Kurdi ddaħlu
f’Malta, Muscat fakkar lill-poplu li issa riesaq is-Sajf u mistennija jiġu
aktar immigranti.

Waqt
li ammetta li l-Gvern Soċjalista mifni bid-diffetti, u jekk jibda jista’ jibqa’
sejjer s’għada filgħodu. Fl-istess waqt ma tkellem xejn dwar li l-pagi
tal-Maltin li kellhom l-inqas żieda fost il-pajjiżi Ewropej u li l-prezz
tal-proprjetà f’Malta kellu l-akbar żieda fid-dinja tant li l-Maltin la għadhom
jifilħu jixtru u lanqas jikru proprjetà.

Il-konsulenti
tal-proprjeta Globali, Knight Frank, spjegaw li fi tnax-il xahar Malta kellha
l-akbar żieda fil-prezz tal-proprjetà minn madwar id-dinja, b’żieda ta’ 17%.
Dan filwaqt li l-aħħar ċifri maħruġa mill-Eurostat urew li ż-żieda fil-paga
kienet waħda miżera ta’ inqas minn 1% – l-inqas waħda fost l-istati membri
tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant meta l-Prim Ministru fakkar li l-impjiegi qed
jiżdiedu hija turijja ċara li l-Malti qed joħroġ aktar jaħdem bi ħġaru minħabba
li mhux ilaħħaq mal-għoli tal-ħajja u l-kirjiet li qed jiżdiedu b’rata
allarmanti.

U
filwaqt li minkejja l-ftaħir, il-poplu Malti u Għawdxi għadu jeħel
fit-traffiku, Muscat appella biex dak li jkun jissaporti. Lil min jilmenta,
Muscat qallu li hu m’għandux bakketta maġika.

The post Muscat jhedded lill-Maltin li mingħajr il-barranin nispiċċaw bla xogħol – Joseph Muscat appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here